Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-23 taʼ Frar 2015.
Fuq liema bażi jistaʼ Alla juri ħniena lil xi ħadd niedem u li kien ħati tad-demm, u dan kif kien iffigurat bil-quddiem fi żminijiet Bibliċi permezz tal-bliet tar-refuġju? (Ġoż. 20:2, 3) [5 taʼ Jan., lv p. 84 para. 25]
Ġożwè għala setaʼ jgħid il-kliem imniżżel f’Ġożwè 23:14 b’fiduċja sħiħa, u għala jistaʼ jkollna fiduċja sħiħa fil-wegħdi taʼ Ġeħova? [12 taʼ Jan., w07 11/1 p. 26 para. 19]
Ġuda għala ntgħażel bħala l-ewwel tribù li kellu jieħu pussess tal-art li tqassmet? (Mħ. 1:2, 4) [19 taʼ Jan., w05 1/15 p. 24 para. 5]
Barak għala insista li l-profetessa Debora tmur miegħu fil-post tal-battalja? (Mħ. 4:8) [19 taʼ Jan., w05 1/15 p. 25 para. 4]
Xi jfisser l-isem li Gidegħon ta lill-artal li bena, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (Mħ. 6:23, 24) [26 taʼ Jan., w14 2/15 p. 22 para. 9]
X’nistgħu nitgħallmu minn kif aġixxa Gidegħon għar-rabja tan-nies taʼ Efrajm? (Mħ. 8:1-3) [2 taʼ Fra., w05 7/15 p. 16 para. 4]
Meta kien qed jagħmel il-wegħda tiegħu, kellu Ġefta f’moħħu sagrifiċċju taʼ bniedem? (Mħ. 11:30, 31) [9 taʼ Fra., w05 1/15 p. 25 para. 7]
Skont Imħallfin 11:35-37, x’għen lil bint Ġefta biex iżżomm il-wegħda taʼ missierha? [9 taʼ Fra., w11 12/15 pp. 20-21 para. 15-16]
Meta ma kien hemm l-ebda sultan f’Iżrael u “kulħadd kien imdorri jagħmel skond ma kien jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh,” ma kienx dan qed jinkuraġġixxi l-anarkija? Spjega. (Mħ. 17:6) [16 taʼ Fra., w05 1/15 p. 27 para. 7]
X’lezzjoni nitgħallmu dwar li nipperseveraw fit-talb mir-rakkont dwar iż-żewġ telfiet li ġarrbu l-Iżraelin mit-tribù diżubbidjenti taʼ Benjamin? (Mħ. 20:14-25) [23 taʼ Fra., w11 9/15 p. 32 para. 1-4]