Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-31 t’Awwissu 2015.
Liema veritajiet li jsaħħulna l-fidi dwar Alla Ġeħova nsibu fit-talba taʼ Salamun, u kif nibbenefikaw meta nimmeditaw fuq dawn il-veritajiet? (1 Slat. 8:22-24, 28) [6 taʼ Lul., w05 7/1 p. 30 para. 3]
L-eżempju taʼ David li mexa “bl-integrità tal-qalb,” kif jistaʼ jinkuraġġina biex nagħmlu l-istess? (1 Slat. 9:4) [13 taʼ Lul., w12 11/15 p. 7 para. 18-19]
Liema lezzjoni importanti nistgħu nitgħallmu mir-rakkont meta Ġeħova bagħat lil Elija għand l-armla taʼ Sarefat? (1 Slat. 17:8-14) [27 taʼ Lul., w14 2/15 p. 14]
Meta nimmeditaw fuq ir-rakkont tal-1 Slaten 17:10-16, kif tistaʼ tissaħħilna d-determinazzjoni tagħna biex ikollna fiduċja sħiħa f’Ġeħova? [27 taʼ Lul., w14 2/15 pp. 13-15]
Kif nistgħu nibbenefikaw mill-eżempju li Elija ħalla biex ikampa mas-sentimenti taʼ disperazzjoni? (1 Slat. 19:4) [3 t’Aww., ia pp. 102-103 para. 10-12; w14 3/15 p. 15 para. 15-16]
Ġeħova kif irreaġixxa meta ra l-profeta leali Elija dipress, u kif nistgħu nimitaw lil Alla tagħna kollu mħabba? (1 Slat. 19:7, 8) [3 t’Aww., w14 6/15 p. 27 para. 15-16]
Liema ħarsa żbaljata kellu s-Sultan Aħab, u llum il-Kristjani kif jistgħu jevitaw li jagħmlu żball simili? (1 Slat. 21:20) [10 t’Aww., lv pp. 164-165, kaxxa; w14 2/1 p. 14 para. 3-4]
X’nistgħu nitgħallmu minn dak li Eliżew talab mingħand Elija, u dan kif jistaʼ jgħinna meta nirċievu inkarigu ġdid fis-servizz tas-Saltna? (2 Slat. 2:9, 10) [17 t’Aww., w03 11/1 p. 31 para. 5-6]
Iż-żgħażagħ kif jistgħu jimitaw il-fidi u l-kuraġġ tat-tfajla Iżraelija li tissemma fit-2 Slaten 5:1-3? [24 t’Aww.,w12 2/15 p. 13 para. 11]
Il-qaddejja kollha taʼ Ġeħova, liema kwalitajiet taʼ Ġeħu għandhom jagħmlu sforz biex jimitaw matul dan iż-żmien tal-aħħar? (2 Slat. 10:16) [31 t’Aww., w11 11/15 p. 5 para. 4]