GĦIX BĦALA KRISTJAN
L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Iċħad l-egoiżmu u l-provokazzjoni
GĦALA IMPORTANTI: Ġesù għallem li d-dixxipli tiegħu kienu se jintgħarfu mill-imħabba. (Ġw 13:34, 35) Biex nuru mħabba bħal taʼ Kristu, għandna nagħtu kas l-interessi t’oħrajn u nevitaw li niġu pprovokati.—1Ko 13:5.
KIF TAGĦMEL DAN:
Meta xi ħadd jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tweġġgħek, ieqaf u aħseb dwar x’inhi l-kawża tal-problema u xi jkunu l-konsegwenzi taʼ dak li tkun biħsiebek tagħmel.—Pr 19:11
Ftakar li aħna kollha imperfetti, u xi drabi ngħidu jew nagħmlu affarijiet li iktar tard jiddispjaċina
Irranġa kull nuqqas taʼ qbil malajr kemm jistaʼ jkun
ARA L-VIDJOW ĦA ‘JKOLLKOM L-IMĦABBA BEJNIETKOM’—IĊĦAD L-EGOIŻMU U L-PROVOKAZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Lino kif irreaġixxa għas-suġġeriment taʼ Harry?
Il-fatt li Harry waqaf biex jaħseb, kif għenu biex jevita milli jiġi pprovokat?
It-tweġiba bil-ħlewwa taʼ Harry kif għenet biex ittaffi t-tensjoni?
Kif ngħinu lill-kongregazzjoni jekk nibqgħu kalmi meta niġu pprovokati?