LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Ottubru pp. 14-17
  • Erġaʼ Ibni l-Ħbiberija Tiegħek maʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Erġaʼ Ibni l-Ħbiberija Tiegħek maʼ Ġeħova
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’INHUMA L-​ISFIDI?
  • AGĦMEL MIRI LI TISTAʼ TILĦAQHOM
  • TAQTAX QALBEK!
  • Tkellem mal-Anzjani Meta Jkollok Bżonn l-Għajnuna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Imita lill-Ħniena t’Alla Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Int Prezzjuż Ħafna għal Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Anzjani—Komplu Imitaw lill-Appostlu Pawlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Ottubru pp. 14-17
Ħu inkwetat hekk kif jaħseb kemm se jkollu bżonn ħin u sforz biex jerġaʼ jirranġa l-ħsara li saret fuq id-dar.

Erġaʼ Ibni l-​Ħbiberija Tiegħek maʼ Ġeħova

KULL sena, ħafna nagħaġ prezzjużi jerġgħu jiġu aċċettati lura fil-​kongregazzjoni Kristjana. Immaġina kemm ikun hemm “ferħ fis-​sema” meta dawn l-​uħud jerġgħu jiġu lura! (Lq. 15:7, 10) Jekk int ġejt aċċettat lura, tistaʼ tkun ċert li Ġesù, l-​anġli, u Ġeħova huma ferħanin ħafna li rġajt qed tagħmel parti mill-​kongregazzjoni. Imma, hekk kif tkun qed tibni l-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova, tistaʼ tiffaċċja xi sfidi. X’inhuma xi ftit minnhom, u x’jistaʼ jgħinek?

X’INHUMA L-​ISFIDI?

Ħafna aħwa, minkejja li ġew aċċettati lura fil-​kongregazzjoni, xorta jħossuhom skuraġġiti. X’aktarx jifhmu kif ħassu s-​Sultan David. Anke wara li Ġeħova kien ħafirlu, hu qal li l-​żbalji tiegħu ħakmuh. (Salm 40:12; 65:3) Meta xi ħadd jerġaʼ lura għand Ġeħova, hu jistaʼ jibqaʼ jħoss mistħija jew ħtija għal ħafna żmien. Isabelle, kienet ilha maqtugħa mis-​sħubija għal iktar minn 20 sena.a Hi tgħid: “Vera ħassejtha diffiċli biex nemmen li Ġeħova setaʼ jaħfirli.” Jekk tħossok skuraġġit, il-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova tistaʼ terġaʼ tiddgħajjef. (Prov. 24:10) Oqgħod attent li ma jiġrilekx hekk.

Oħrajn jaħsbu li ma jkunux kapaċi jagħmlu dak li jkun hemm bżonn biex jerġgħu jibnu ħbiberija mill-​qrib maʼ Ġeħova. Wara li reġaʼ ġie aċċettat lura, Antoine jgħid: “Kont insejt ħafna affarijiet li tgħallimt u affarijiet li kont nagħmel bħala Xhud.” Minħabba li xi wħud iħossuhom b’dan il-​mod, iżommu lura milli jagħmlu dak kollu li jistgħu għal Ġeħova.

Ejja nġibu eżempju. Jekk dar issirilha ħafna ħsara minħabba xi diżastru, is-​sid jaf jaqtaʼ qalbu meta jaħseb dwar ix-​xogħol li jkollu jagħmel biex jirranġa d-​dar. Bl-​istess mod, jekk il-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova saritilha l-​ħsara minħabba li għamilt dnub serju, int forsi tħoss li trid taħdem iebes biex tirranġa l-​ħbiberija tiegħek miegħu. Imma ftakar li mhux se tagħmel dan waħdek.

Ġeħova jgħidilna: “Ejjew, issa, ħa nirranġaw l-​affarijiet taʼ bejnietna.” (Is. 1:18) Inti diġà ħdimt iebes biex ‘tirranġa l-​affarijiet.’ Ġeħova jħobbok talli għamilt dan l-​isforz. Aħseb ftit: Minħabba li int erġajt lura għand Ġeħova, hu jistaʼ juża l-​eżempju tiegħek biex joħroġ lil Satana taʼ giddieb!—Prov. 27:11.

Minħabba li int erġajt lura għand Ġeħova, int diġà rsaqt qrib tiegħu u hu jwiegħdek li hu se jersaq qrib tiegħek. (Ġak. 4:8) Huwa tajjeb għall-​aħwa li jarawk lura fil-​kongregazzjoni, però, int trid tagħmel iktar minn hekk. Int għandek bżonn tkompli ssaħħaħ l-​imħabba tiegħek għall-​Ħabib tiegħek u Missierek, Ġeħova. Kif tistaʼ tagħmel dan?

AGĦMEL MIRI LI TISTAʼ TILĦAQHOM

Ipprova agħmel miri li tistaʼ tilħaqhom. X’aktarx li għadek tiftakar l-​affarijiet bażiċi li tgħallimt dwar Ġeħova u t-​tama taʼ futur mill-​isbaħ. Imma issa għandek bżonn jerġaʼ jkollok rutina tajba, bħal pereżempju, tipprietka b’mod regolari, tattendi l-​laqgħat, u tqattaʼ l-​ħin mal-​aħwa. Ikkunsidra l-​miri li ġejjin.

Tkellem maʼ Ġeħova spiss. Ġeħova jaf li jekk tibqaʼ tħossok ħati se ssibha diffiċli biex titolbu. (Rum. 8:26) Però, ibqaʼ itolbu. Għidlu kemm tixtieq li tkun ħabib tiegħu. (Rum. 12:12) Andrej jiftakar: “Kont nistħi u kont inħoss ħafna ħtija. Imma wara li kont ngħid talba lil Ġeħova, kont nistrieħ u nħossni aħjar.” Jekk ma tkunx taf x’se taqbad tgħid fit-​talb, aħseb dwar it-​talb li talab is-​Sultan David biex juri li vera ddispjaċieh għal dak li għamel, li nsibuh f’​Salm 51 u 65.

Studja l-​Bibbja b’mod regolari. Dan se jgħinek biex issaħħaħ il-​fidi u tkabbar l-​imħabba tiegħek għal Ġeħova. (Salm 19:7-​11) Felipe jgħid: “Minħabba li qabel ma kellix skeda biex nagħmel studju personali u naqra l-​Bibbja, il-​fidi tiegħi ddgħajfet u weġġajt lil Ġeħova. Jien ma ridtx nerġaʼ nweġġgħu, għalhekk għamiltha mira li nagħmel studju personali b’mod regolari.” Int tistaʼ tagħmel l-​istess. Jekk għandek bżonn l-​għajnuna biex tara dwar xiex tistaʼ tagħmel l-​istudju personali, tistaʼ titlob l-​għajnuna lil ħu jew oħt li għandha ħbiberija soda maʼ Ġeħova.

Erġaʼ ibni l-​ħbiberija tiegħek mal-​aħwa. Xi wħud li jerġgħu lura fil-​kongregazzjoni jinkwetaw li l-​aħwa se jkunu rrabjati għalihom. Larissa tammetti: “Kont inħossni skomda. Ħassejt li jien weġġajt u ddiżappuntajt lill-​aħwa u domt inħossni hekk għal ħafna żmien.” Kun ċert li l-​anzjani u l-​aħwa maturi jridu jgħinuk biex terġaʼ tibni l-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova. (Ara l-​kaxxa “L-​Anzjani X‘Jistgħu Jagħmlu?”) Huma vera kuntenti li int erġajt lura u huma jixtiequ li int tkun ferħan!—Prov. 17:17.

X’jistaʼ jgħinek tersaq qrib tal-​aħwa? Attendi l-​laqgħat kollha u oħroġ fuq il-​ministeru magħhom b’mod regolari. Dan kif se jgħinek? Felix jgħid: “L-​aħwa kienu qed jistennewni nerġaʼ lura. Vera ħassejt l-​imħabba tagħhom. Huma għenuni nerġaʼ nħossni parti mill-​kongregazzjoni, inħoss li Ġeħova ħafirli, u li nistaʼ nkompli naqdih.”—Ara l-​kaxxa “Int X’Tistaʼ Tagħmel?”

Int X’Tistaʼ Tagħmel?

Erġaʼ ibda itlob, studja l-​Bibbja, u qattaʼ l-​ħin mal-​aħwa

Anzjan qed jitlob maʼ ħu li reġaʼ ġie lura għand Ġeħova.

TKELLEM MA’ ĠEĦOVA SPISS

Għid lil Ġeħova kemm tixtieq li tkun ħabib tiegħu. L-​anzjani se jitolbu għalik u se jitolbu miegħek

L-anzjan qed jagħmel studju tal-Bibbja mal-ħu billi juża l-ktieb “Ersaq Qrib Lejn Jehovah.”

STUDJA L-​BIBBJA B’MOD REGOLARI

Dan se jgħin biex l-​imħabba tiegħek għal Ġeħova tkompli tikber

Il-ħu qed jitkellem maʼ aħwa oħrajn mill-kongregazzjoni waqt get-together.

ERĠAʼ IBNI L-​ĦBIBERIJA MAL-​AĦWA

Attendi l-​laqgħat kollha u oħroġ fuq il-​ministeru magħhom b’mod regolari

TAQTAX QALBEK!

Satana se jkompli jaqlagħlek il-​problemi biex jipprova jiskuraġġik waqt li int qed tibni l-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova. (Lq. 4:13) Kun lest billi ssaħħaħ il-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova minn issa.

Lin-​nagħaġ tiegħu Ġeħova jwegħedhom: “Lill-​mitlufa se nfittixha, u lill-​imferrxa nġibha lura, u lill-​miksura ninfaxxaha u lill-​muġugħa nsaħħaħha.” (Eżek. 34:16) Ġeħova għen lil ħafna wħud biex jerġgħu jibnu l-​ħbiberija tagħhom miegħu. Kun ċert li Ġeħova jrid jgħinek biex int ukoll tibni ħbiberija soda miegħu.

L-​Anzjani X’Jistgħu Jagħmlu?

L-anzjan qed jgħin lil ħu jirranġa d-dar.

L-​anzjani jistgħu jagħmlu ħafna biex jgħinu lil dawk li ġew aċċettati lura jerġgħu jibnu l-​ħbiberija tagħhom maʼ Ġeħova. Innota x’jistgħu jagħmlu biex jgħinuhom.

Inkuraġġihom. L-​appostlu Pawlu kien jaf li xi ħadd li jkun reġaʼ lura għand Ġeħova jistaʼ jkun li jħossu skuraġġit ħafna. Hu forsi jħoss ħafna ħtija u mistħija. (2 Kor. 2:7) Pawlu qal lill-​kongregazzjoni: ‘Aħfrulu b’qalb tajba u farrġuh.’ Dawk li jerġgħu jiġu aċċettati lura, huwa importanti li jħossuhom maħbubin minn Ġeħova u mill-​aħwa. Meta l-​anzjani jfaħħruhom u jgħinuhom b’mod regolari, huma jistgħu jħossuhom inkuraġġiti.

Itlob magħhom. “It-​talb bil-​ħerqa tal-​ġust għandu qawwa kbira.” (Ġak. 5:16) Larissa, li semmejna fl-​artiklu, tgħid: “Għedt lill-​anzjani dwar id-​dubji u l-​biżaʼ li kelli. Huma talbu miegħi u talbu għalija. B’hekk fhimt li l-​anzjani mhumiex irrabjati għalija. Huma riedu jgħinuni biex jien nirranġa l-​ħbiberija tiegħi maʼ Ġeħova.” Theo jgħid: “It-​talb tal-​anzjani għenni nifhem li Ġeħova vera jħobbni. Hu jara t-​tajjeb fija u mhux il-​ħażin biss.”

Sir il-​ħabib tagħhom. Dawk li jiġu aċċettati lura għandhom bżonn il-​ħbieb fil-​kongregazzjoni. Anzjan jismu Justin jgħid: “Ipprietka magħhom kemm jistaʼ jkun taʼ spiss, u kun ċert li kultant tmur id-​dar tagħhom biex tinkuraġġihom. Huwa importanti ħafna li tkun il-​ħabib tagħhom!” Henry, anzjan ieħor jgħid: “Jekk l-​aħwa fil-​kongregazzjoni jaraw lill-​anzjani jagħmlu ħbieb maʼ dawk l-​uħud li jiġu aċċettati lura, huma se jagħmlu l-​istess.”

Għinhom jistudjaw. Ħu jew oħt matura tistaʼ tgħin lil xi ħadd li ġie aċċettat lura biex jagħmel skeda tal-​istudju b’mod tajjeb. Anzjan jismu Darko jgħid: “Jien nieħu pjaċir naqsam magħhom punti inkuraġġanti li nkun sibt fl-​istudju personali tiegħi u nurihom kemm nieħu pjaċir nistudja l-​Bibbja. U kultant, meta nsib xi artiklu inkuraġġanti nagħmel arranġament biex nistudjah magħhom.” Anzjan ieħor jismu Clayton jgħid: “Jien ninkuraġġihom biex isibu rakkonti fil-​Bibbja taʼ nies li jkunu esperjenzaw xi ħaġa simili u jaraw x’jistgħu jitgħallmu.”

Kun ragħaj tajjeb. Dawk li jiġu aċċettati lura jaraw lill-​anzjani bħala wħud li jiġġudikaw. Imma issa, iktar minn qatt qabel, għandhom bżonn jarawhom bħala ragħajja. (Ġer. 23:4) Kun ħafif biex tismagħhom u faħħarhom għal dak li qegħdin jagħmlu. Agħmel kuntatt magħhom b’mod regolari. Innota x’jagħmel anzjan jismu Marcus meta jmur iżur lill-​aħwa: “Aħna nibdew billi naqsmu ħsieb mill-​Iskrittura magħhom. Imbagħad, infaħħruhom u ngħidulhom li Ġeħova u aħna kburin bihom talli ħadmu iebes biex reġgħu ġew lura. Imbagħad fl-​aħħar nerġgħu nagħmlu arranġament biex inżuruhom darb’oħra.”

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja