LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Diċembru pp. 28-30
  • Qed Tħares ’il Quddiem Biex Tgħix għal Dejjem Fuq l-Art?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Tħares ’il Quddiem Biex Tgħix għal Dejjem Fuq l-Art?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • LEST LI TGĦIN BIEX TAGĦMEL L-ART ĠENNA?
  • LEST BIEX TGĦIN LIL DAWK LI JIRXOXTAW?
  • LEST BIEX TGĦALLEM LIL DAWK LI JIRXOXTAW?
  • Se jkun hemm irxoxt!
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Irxoxt—Għal Min, u Fejn?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • L-10 Parti
    Ismaʼ Minn Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Diċembru pp. 28-30
Nies qed ibiddlu d-dinja f’ġenna. Xi nies qed inaddfu l-art, oħrajn jibnu dar, u oħrajn jieħdu ħsieb ġnien.

Qed Tħares ’il Quddiem Biex Tgħix għal Dejjem Fuq l-Art?

ILKOLL kemm aħna nħarsu ’l quddiem biex titwettaq il-wegħda taʼ Ġesù: “Ferħanin huma l-umli, għax se jirtu l-art.” (Mt. 5:5) Il-midlukin se jirtu l-art meta jsiru slaten u jmexxu mis-sema maʼ Ġesù. (Riv. 5:10; 20:6) Ħafna mill-Kristjani veri llum iħarsu ’l quddiem biex jgħixu għal dejjem fuq l-art. Huma se jkunu perfetti, ferħanin, u jgħixu fil-paċi. Biex dan ikun possibbli se jkollhom xogħol importanti x’jagħmlu. Pereżempju, se jgħinu biex jagħmlu l-art ġenna, jagħmlu ċert li dawk li jiġu rxoxtati jkollhom kulma għandhom bżonn, u jgħallmuhom. Aħseb dwar dak li tistaʼ tagħmel issa biex turi li tixtieq tagħmel dawn l-affarijiet fid-dinja l-ġdida.

LEST LI TGĦIN BIEX TAGĦMEL L-ART ĠENNA?

Meta Ġeħova kkmanda lil Adam u Eva biex ‘jimlew l-art u jieħdu ħsiebha,’ hu wera li maż-żmien id-dinja kollha kellha ssir ġenna. (Ġen. 1:28) Dawk li se jgħixu għal dejjem iridu jobdu l-istess kmand. Id-dinja mhux se tkun ġenna mill-bidu għax il-ġnien tal-Għeden m’għadux jeżisti. Eżatt wara Armageddon se jkollna ħafna xogħol x’nagħmlu. Se jkollna nnaddfu partijiet mid-dinja li ġew meqrudin. Dan żgur mhux se jkun faċli!

Dan ifakkarna fix-xogħol li l-Iżraelin kellhom jagħmlu meta marru lura fl-art tagħhom minn Babilonja. Għal 70 sena ħadd ma kien għex hemm. Imma Isaija bassar li bl-għajnuna taʼ Ġeħova kien se jirnexxilhom jerġgħu jagħmlu l-art sabiħa. Il-profezija qalet: “Jagħmel ix-xagħri tagħha bħall-Għeden u l-pjanura tad-deżert tagħha bħall-ġnien taʼ Ġeħova.” (Is. 51:3) Bl-għajnuna taʼ Ġeħova l-Iżraelin irnexxielhom. Bl-istess mod, dawk li se jgħixu fuq l-art se jirnexxilhom jagħmluha ġenna sabiħa. Hemm affarijiet li tistaʼ tagħmel minn issa biex turi li tixtieq tieħu sehem f’dan ix-xogħol.

Mod wieħed hu billi tagħmel l-aħjar li tistaʼ biex iżżomm id-dar tiegħek nadifa. Tistaʼ tagħmel dan anki jekk il-ġirien tiegħek mhumiex nodfa. Tistaʼ tgħin ukoll fit-tindif u l-manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna u fejn isiru l-assembleat. Jekk jippermettulek iċ-ċirkustanzi, inti tistaʼ tapplika biex tgħin bħala volontier meta jinqalaʼ xi diżastru. Dan se juri li tixtieq tgħin lil ħutek meta jkun hemm il-bżonn. Staqsi lilek innifsek, ‘Nistaʼ nitgħallem xi ħaġa li biha nistaʼ ngħin jekk Ġeħova jippermettili li ngħix għal dejjem fuq l-art?’

Grupp t’aħwa jagħmlu l-manutenzjoni u jnaddfu Sala tas-Saltna.

LEST BIEX TGĦIN LIL DAWK LI JIRXOXTAW?

Wara li rxoxta lit-tifla taʼ Ġajru, Ġesù qalilhom biex jagħtuha xi ħaġa x’tiekol. (Mk. 5:42, 43) Forsi ma kienx xogħol diffiċli biex jieħdu ħsieb din it-tifla taʼ 12-il sena. Imma aħseb dwar kemm xogħol irridu nagħmlu meta Ġesù jwettaq il-wegħda tiegħu li “dawk kollha li qegħdin fl-oqbra tat-tifkira jisimgħu leħnu u joħorġu.” (Ġw. 5:28, 29) Għalkemm il-Bibbja ma ttiniex ħafna dettalji, nistgħu nimmaġinaw li dawk li jiġu rxoxtati se jkollhom bżonn x’jieklu, post fejn joqogħdu, u x’jilbsu. Tistaʼ turi minn issa li trid tgħin? Aħseb fuq il-mistoqsijiet li ġejjin.

X’tistaʼ tagħmel minn issa biex turi li lest li tgħix għal dejjem fuq l-art?

Aħwa qegħdin l-airport u qed jieħdu pjaċir jilqgħu lid-delegati għal konvenzjoni f’Pariġi.

Meta l-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet jiġi fil-kongregazzjoni tiegħek, toffri biex tistiednu għall-ikel? Meta aħwa li kienu jaqdu f’Betel jiġu assenjati fil-kongregazzjoni tiegħek jew meta indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet jieqaf mill-inkarigu tiegħu, tistaʼ tgħinhom isibu post fejn joqogħdu? Jekk se jkun hemm konvenzjoni reġjonali jew speċjali fejn tgħix int, tistaʼ toffri biex tgħin qabel jew wara l-konvenzjoni jew biex tilqaʼ d-delegati?

LEST BIEX TGĦALLEM LIL DAWK LI JIRXOXTAW?

Minn dak li naqraw f’​Atti 24:15, aħna nistennew li biljuni taʼ nies se jiġu rxoxtati. Ħafna minnhom ma kellhomx l-opportunità li jsiru jafu lil Ġeħova qabel mietu. Imma se jkollhom dan iċ-ċans wara li jiġu rxoxtati.a Qaddejja leali u tal-esperjenza se jgħinu biex jgħallmuhom. (Is. 11:9) Charlotte, li ppritkat fl-Ewropa, fl-Amerika t’Isfel, u fl-Afrika, qed tħares ’il quddiem biex tagħmel dan. B’ferħ hi tgħid: “Jien inħares ’il quddiem biex ngħallem lin-nies wara li jirxoxtaw. Meta naqra dwar xi ħadd li għex fil-passat, kemm-il darba naħseb: ‘Kieku din il-persuna kienet taf lil Ġeħova, ħajjitha setgħet tkun vera differenti.’ Jien inħares ’il quddiem biex ngħid lil dawk li se jirxoxtaw dwar Ġeħova u kemm ħajjithom se tkun aħjar jekk jaqduh.”

Anki l-qaddejja leali taʼ Ġeħova li għexu qabel Ġesù kien fuq l-art se jkollhom ħafna x’jitgħallmu. Immaġina kemm se nieħdu pjaċir u xi privileġġ se jkun li nispjegaw lil Danjel kif twettqu l-profeziji li kiteb u li hu stess ma fehemx. (Dan. 12:8) Immaġinak tgħid lil Rut u Nagħomi li l-Messija ġie mill-familja tagħhom. Kemm se nieħdu pjaċir ngħallmu lin-nies mad-dinja kollha mingħajr it-tfixkil li nsibu fid-dinja llum!

Oħt qed tagħti fuljett lil mara.

X’tistaʼ tagħmel minn issa biex tkun lest li tgħallem lil dawk li se jiġu rxoxtati? Ħaġa waħda li tistaʼ tagħmel hi li tipprova ssir għalliem aħjar u tipprietka b’mod regolari. (Mt. 24:14) Anki jekk ma tistax tipprietka daqskemm tixtieq minħabba l-età jew xi ħaġ’oħra, int tistaʼ turi li qed tħares ’il quddiem biex tipprietka lil dawk li se jiġu rxoxtati. Dan tistaʼ tagħmlu billi tagħmel l-aħjar li tistaʼ minn issa.

Hu importanti li naħsbu dwar dawn il-mistoqsijiet: Qed tħares ’il quddiem biex tgħix għal dejjem fuq l-art? Qed tħares ’il quddiem biex tgħin fix-xogħol ħalli l-art terġaʼ ssir ġenna u tgħin u tgħallem lil dawk li se jiġu rxoxtati? Int tistaʼ turi li lest biex tgħix għal dejjem fuq l-art billi tagħmel affarijiet simili għal dawk li se tagħmel fid-dinja l-ġdida!

a Ara l-artiklu “Iwasslu lill-Ħafna Lejn is-Sewwa” f’It-Torri tal-Għassa taʼ Settembru 2022.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja