LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w17 Ottubru p. 31
  • Att wieħed taʼ qalb tajba Kristjana

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Att wieħed taʼ qalb tajba Kristjana
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Materjal Simili
  • Dak li Nitgħallmu “mid-Dixxiplu li Ġesù Kien Iħobb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Xi Wħud Ħadu t-Tweġibiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ġarrbet xabla taʼ niket kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ġesù jirrivela kif tistaʼ tikseb l-hena
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
w17 Ottubru p. 31
John jaċċetta l-​ktejjeb “This Good News of the Kingdom” mingħand waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Att wieħed taʼ qalb tajba Kristjana

SITTIN sena ilu, missier John tgħammed bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova f’belt żgħira f’Gujarat, l-​Indja. Imma John, flimkien mal-​ħames aħwa tiegħu subien u bniet u ommu kienu Kattoliċi Rumani u kienu reliġjużi ħafna. Għalhekk, kienu jopponu l-​fidi taʼ missierhom.

Darba, missier John talbu jmur jagħti envelop lil ħu li kien fil-​kongregazzjoni tiegħu. Imma dakinhar filgħodu, meta John kien qed jiftaħ landa kbira, għamel qatgħa kbira f’sebgħu. Imma xorta ried jobdi lil missieru, allura rabat ċarruta madwar is-​sebaʼ li kien ħiereġ id-​demm minnu u mar iwassal l-​envelop.

Meta John wasal fil-​post tal-​indirizz, hu ta l-​envelop lill-​mara tal-​ħu. Din kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hi nnotat is-​sebaʼ mweġġaʼ taʼ John u offriet li tgħinu. Hi ħarġet il-​kaxxa tal-​first aid, naddfitlu l-​ġerħa, u nfaxxatlu sebgħu. Imbagħad għamlitlu tazza te sħuna u sadattant, baqgħet tkellmu b’mod dħuli dwar il-​Bibbja.

Minħabba l-​qalb tajba tagħha, is-​sentimenti taʼ John lejn ix-​Xhieda bdew jinbidlu. Allura, hu staqsieha żewġ mistoqsijiet dwar ċertu twemmin tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li kien differenti minn dak tal-​Knisja Kattolika. Hu staqsa jekk Ġesù huwiex Alla u jekk il-​Kristjani għandhomx jitolbu lil Marija. L-​oħt kienet tgħallmet il-​Gujarati u setgħet twieġeb il-​mistoqsijiet taʼ John bil-​lingwa tiegħu stess. Hi wrietu t-​tweġibiet mill-​Bibbja u tatu l-​ktejjeb “This Good News of the Kingdom.”

Iktar tard, meta John qara l-​ktejjeb, hu induna li dak li qara kien il-​verità. Hu mar għand il-​qassis tiegħu u staqsieh l-​istess żewġ mistoqsijiet. Il-​qassis irrabja ħafna u garalu Bibbja, waqt li għajjat: “Sirt Satana! Urini fejn il-​Bibbja tgħid li Ġesù mhux Alla. Urini fejn tgħid li m’għandekx titlob lil Marija. Urini!” John kien ixxokkjat bir-​reazzjoni tal-​qassis u qallu li qatt ma kien se jerġaʼ jersaq lejn Knisja Kattolika. U fil-​fatt hekk għamel!

John beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda, aċċetta l-​verità, u beda jaqdi lil Ġeħova. Maż-​żmien, xi membri tal-​familja tiegħu għamlu l-​istess. Illum, John għad għandu l-​marka fuq is-​sebaʼ li kien qataʼ xi 60 sena ilu. Din għadha tfakkru fl-​att taʼ qalb tajba Kristjana li qanqlu jqattaʼ ħajtu jaqdi lil Ġeħova.—2 Korintin 6:4, 6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja