LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 29
  • Kif Tistaʼ Ma Tinkwetax Iżżejjed?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Ma Tinkwetax Iżżejjed?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’tistaʼ tagħmel
  • X’Nistaʼ Nagħmel biex Ma Nibqax Ninkwieta Żżejjed?
    Stenbaħ!—2001
  • Tkunx ansjuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Fittex is-Saltna, mhux l-affarijiet materjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 29
Raġel kbir fl-età jidher inkwetat.

Kif Tistaʼ Ma Tinkwetax Iżżejjed?

Jekk tinkwieta żżejjed dwar xi ħaġa, tistaʼ tagħmel il-ħsara lis-saħħa u l-emozzjonijiet tiegħek. Dan jistaʼ jġiblek iktar problemi milli jkollok.

X’tistaʼ tagħmel

  • Wiċċ imdejjaq.

    Oqgħod attent kemm tara u tismaʼ aħbarijiet koroh. Meta jiġri xi ħaġa, m’hemmx għalfejn tkun taf kull dettall. Jekk tara, tismaʼ jew taqra ħafna aħbarijiet koroh, se tibżaʼ iktar u tħossok bla tama.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Qalb ferħana tagħti s-saħħa.”—Proverbji 17:22, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

    “Hu faċli tiħodha drawwa li tara informazzjoni fuq l-internet dwar affarijiet tal-biżaʼ li jiġru. Imma din mhix xi ħaġa tajba. Meta ma noqgħodx nara l-aħbarijiet il-ħin kollu, ma nħossnix daqshekk inkwetat.”—John.

    Aħseb: Kemm-il darba għandek bżonn tidħol tiċċekkja l-aħbarijiet?

  • Arloġġ.

    Żomm rutina. Ipprova qum, kul, agħmel ix-xogħol tad-dar, u orqod fl-istess ħin. Jekk ikollok rutina tajba, se tħoss li l-ħajja hi normali u mhux se tkun daqshekk inkwetat.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Min hu bil-għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu.”—Proverbji 21:5, GħBM.

    “Meta bdiet il-pandemija tal-COVID-19 ma bqajtx inżomm mar-rutina u bdejt naħli ħafna ħin fid-divertiment. Jien ridt nuża l-ħin tiegħi aħjar, u għalhekk għamilt skeda biex nagħmel l-affarijiet importanti.”—Joseph.

    Aħseb: Għandek rutina li fl-aħħar tal-ġurnata tgħinek tħossok li għamilt xi ħaġa worth it?

  • Wiċċ ferħan.

    Aħseb fuq it-tajjeb. Jekk toqgħod taħseb dwar dak li stajt tagħmel aħjar fil-passat jew toqgħod tinkwieta x’se jiġri fil-futur, se tħossok iktar inkwetat. Minflok aħseb dwar xi affarijiet li għandek tapprezza.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Uru li intom grati.”—Kolossin 3:15.

    “Meta naqra l-Bibbja ma nkunx qed nimla moħħi b’affarijiet koroh. Dan jgħinni biex nibqaʼ pożittiva. Tinstemaʼ wisq sempliċi imma vera taħdem!”—Lisa.

    Aħseb: Int toqgħod taħseb il-ħin kollu dwar l-affarijiet koroh li ġrawlek fil-ħajja u tinsa l-affarijiet sbieħ?

  • Rigal.

    Aħseb f’oħrajn. Jekk tkun inkwetat il-ħin kollu x’aktarx tippreferi toqgħod waħdek. Imma jkun aħjar li taħseb kif tistaʼ tgħin lil dawk li huma fil-bżonn.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Ħadd minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.”—Filippin 2:4, GħBM.

    “Meta ngħin lil oħrajn inħossni ferħana. Inkun qed nagħmel xi ħaġa li tgħinhom iħossuhom aħjar u fl-istess ħin naljena. Minħabba li ngħin lil oħrajn, m’għandix ħin biex noqgħod ninkwieta.”—Maria.

    Aħseb: Min-nies li taf, min taħseb li għandu bżonn l-għajnuna, u x’tistaʼ tagħmel biex tgħinhom?

  • Qalb.

    Ħu ħsieb saħħtek. Agħmel l-eżerċizzju u strieħ. Kul healthy. Meta tieħu ħsieb saħħtek, se tħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv u jgħinek biex ma toqgħodx tinkwieta għalxejn.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “It-taħriġ tal-ġisem [jew l-eżerċizzju] hu taʼ benefiċċju.”—1 Timotju 4:8.

    “Jien u t-tifel ma nistgħux noħorġu nagħmlu eżerċizzju kemm nixtiequ. Allura għamilnieha mira li nagħmlu l-eżerċizzju d-dar. Dan għenna biex inkunu iktar ferħanin, paċenzjużi u qalbna tajba maʼ xulxin.”—Catherine.

    Aħseb: Għandek bżonn tiekol iktar healthy u tagħmel iktar eżerċizzju?

Ħafna nies ibbenefikaw mhux biss billi għamlu dawn l-affarijiet imma wkoll billi tgħallmu dwar il-wegħdi għal futur aħjar li nsibu fil-Bibbja. Ara l-artiklu “X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?”

Versi mill-Bibbja dwar meta xi ħadd iħossu inkwetat

Salm 55:22: “Ħalli l-ansjetajiet tiegħek f’idejn Ġeħova, u hu jgħinek.”a

Xi jfisser: Aħna nistgħu nħallu l-ansjetajiet tagħna f’idejn Ġeħova permezz tat-talb. Bit-talb aħna nitkellmu mal-Ħallieq, li jgħinna u “jfarraġna fit-tribulazzjoni kollha tagħna.”—2 Korintin 1:3, 4.

Proverbji 12:25: “L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha, imma l-kelma t-tajba tferraħha.”

Xi jfisser: Tkellem mal-familja jew il-ħbieb li jistgħu jinkuraġġuk u jgħinuk b’dak li jgħidulek.

Mattew 6:27: “Min minnkom jistaʼ jtawwal ħajtu mqar bi ftit billi jkun ansjuż?”

Xi jfisser: Li toqgħod tinkwieta mhux se jgħinek. La se tħossok aħjar u lanqas se ssib soluzzjoni.

Mattew 6:31, 32: “Qatt tkunu ansjużi u tgħidu, ‘X’se nieklu?’ jew, ‘X’se nixorbu?’ jew, ‘X’se nilbsu?’ . . . Missierkom tas-sema jaf li għandkom bżonn dawn l-affarijiet kollha.”

Xi jfisser: Alla Ġeħova jkun jaf li għandna bżonn nieklu, nilbsu u fejn ngħixu qabel niġu bżonnhom.

a Ġeħova huwa l-isem t’Alla.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja