LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 70
  • Il-Bibbja fiha kontradizzjonijiet?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja fiha kontradizzjonijiet?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Il-Bibbja Tikkontradixxi Lilha Nfisha?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Xi Ngħidu Dwar “Testi taʼ Prova” tat-Trinità?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
  • Ċenturjun juri fidi kbira
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù u Missieru b’Liema Mod Huma Ħaġa Waħda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 70
Fi żmien il-qedem, raġel jikteb versi tal-Bibbja

Il-​Bibbja fiha kontradizzjonijiet?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le, il-​Bibbja kollha hi fi qbil. Filwaqt li xi siltiet jistgħu jidhru li l-​Bibbja tikkontradixxi lilha nfisha, normalment dawn tistaʼ tifhimhom b’mod korrett billi tapplika prinċipju jew iktar minn dawn li ġejjin:

  1. Ikkunsidra l-​kuntest. Kwalunkwe awtur jistaʼ jidher li qed jikkontradixxi lilu nnifsu jekk kliemu jiġi meħud barra l-​kuntest.

  2. Ikkunsidra l-​ħarsa tal-​kittieb. Xhieda taʼ xi ġrajja jistgħu jiddeskrivu din b’mod eżatt imma ma jużawx l-​istess kliem jew jinkludu l-​istess dettalji.

  3. Ikkunsidra fatti u drawwiet storiċi.

  4. Agħmel distinzjoni bejn l-​użu figurattiv u letterali taʼ kelma.

  5. Irrikonoxxi li xi ħaġa tistaʼ tiġi attribwita lil xi ħadd, jiġifieri jingħad li jkun għamel xi ħaġa hu, anki jekk ma jkunx għamilha hu personalment.a

  6. Uża traduzzjoni eżatta tal-​Bibbja.

  7. Tipprovax iġġib fi qbil dak li tgħid il-​Bibbja maʼ ideat jew twemmin reliġjuż żbaljat.

L-​eżempji li ġejjin juru kif dawn il-​prinċipji jistgħu jispjegaw xi ftit minn dawk li jidhru li huma inkonsistenzi fil-​Bibbja.

L-​1 prinċipju: Il-​kuntest

Jekk Alla straħ fis-​sebaʼ jum, allura kif baqaʼ jaħdem? Il-​kuntest tar-​rakkont tal-​ħolqien fil-​Ġenesi juri li l-​istqarrija li Alla “fis-​sebaʼ jum beda jistrieħ mix-​xogħol kollu tiegħu li kien għamel” tirreferi speċifikament għax-​xogħol tiegħu tal-​ħolqien fiżiku li għandu x’jaqsam mal-​art. (Ġenesi 2:2-​4) Ġesù ma kkontradixxiex dan għax meta qal li Alla “baqaʼ jaħdem s’issa,” hu kien qed jitkellem dwar xogħlijiet oħrajn t’Alla. (Ġwanni 5:17) Ix-​xogħlijiet t’Alla jinkludu l-​ispirazzjoni tal-​Bibbja u l-​mod kif jiggwida u jieħu ħsieb il-​bnedmin.​—Salm 20:6; 105:5; 2 Pietru 1:​21.

It-​2 u t-​3 prinċipju: Il-​ħarsa u l-​istorja

Ġesù jfejjaq lir-raġel agħma

Ġesù fejn fejqu lir-​raġel agħma? Il-​ktieb taʼ Luqa jgħid li Ġesù fejjaq raġel agħma meta Ġesù kien “qed joqrob lejn Ġeriko,” filwaqt li l-​istess rakkont f’​Mattew isemmi żewġt irġiel għomja u jgħid li l-​fejqan seħħ meta Ġesù kien ‘ħiereġ minn Ġeriko.’ (Luqa 18:35-​43; Mattew 20:29-​34) Dawn iż-​żewġ rakkonti li huma miktubin minn ħarsa taʼ kittieba differenti fil-​fatt jikkumplimentaw lil xulxin. Rigward in-​numru ta’ rġiel, Mattew hu iktar speċifiku billi jsemmi li kien hemm tnejn, filwaqt li Luqa jiffoka fuq ir-​raġel li Ġesù kellem direttament. U dwar il-​post fejn sar il-​fejqan, l-​arkeoloġi sabu li fi żmien Ġesù, Ġeriko kienet belt doppja—kien hemm il-​belt Lhudija antika madwar kilometru u nofs ’il bogħod mill-​belt Rumana iktar ġdida. Jistaʼ jkun li Ġesù kien bejn iż-​żewġt ibliet meta għamel dan il-​miraklu.

Ir-​4 prinċipju : Termini figurattivi u letterali

L-​art se tinqered? F’​Ekkleżjasti 1:4, il-​Bibbja tgħid li “l-​art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.” Dan għal xi wħud jidher li jikkontradixxi l-​istqarrija li “l-​art b’kull ma fiha tkun maħruqa min-​nar.” (2 Pietru 3:10, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Madankollu, fil-​Bibbja l-​kelma “art” tintuża sew b’mod letterali billi tirreferi għall-​pjaneta tagħna, u sew b’mod figurattiv billi tirreferi għan-​nies li jgħixu fid-​dinja. (Ġenesi 1:1; 11:1) Il-​qerda tal-​“art” li hi deskritta fit-​2 Pietru 3:​10 ma tirreferix għall-​qerda tal-​pjaneta tagħna imma għall-​“qerda taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla.”​—2 Pietru 3:7.

Il-​5 prinċipju: L-​attribuzzjoni

F’Kafarnahum, min mar għand Ġesù bit-​talba taċ-​ċenturjun? Mattew 8:​5, 6 jgħid li ċ-​ċenturjun (fizzjal tal-​armata) innifsu mar għand Ġesù, filwaqt li Luqa 7:3 jgħid li ċ-​ċenturjun bagħat xi xjuħ tal-​Lhud biex jagħmlu t-​talba tiegħu. Din li tidher bħala kontradizzjoni fil-​Bibbja tistaʼ tiġi mifhuma li l-​fizzjal tal-​armata kien il-​wieħed li talab dan, imma bagħat ix-​xjuħ bħala r-​rappreżentanti tiegħu.

Is-​6 prinċipju: Traduzzjoni eżatta

Aħna lkoll nidinbu? Il-​Bibbja tgħallem li aħna lkoll nirtu d-​dnub mill-​ewwel raġel, Adam. (Rumani 5:12) Xi traduzzjonijiet jidhru li jikkontradixxu dan billi jgħidu li individwu tajjeb “ma jidnibx.” (1 Ġwanni 3:6, GħBM) Però, fil-​lingwa oriġinali, il-​verb Grieg għall-​kelma “dnub” fl-​1 Ġwanni 3:6 hu fl-​imperfett (jew, fil-​preżent), li f’dik il-​lingwa normalment jindika azzjoni kontinwa. Hemm differenza bejn id-​dnub li jintiret, li ma jistax jiġi evitat, u d-​dnub li jsir apposta, li dak li jkun jiħodha drawwa li ma jobdix il-​liġijiet t’Alla. B’hekk, xi traduzzjonijiet jiċċaraw dik li tidher bħala kontradizzjoni billi b’mod eżatt jużaw frażijiet bħal “min ma jipprattikax id-​dnub.”​—Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

Is-​7 prinċipju: Il-​Bibbja, mhux dak li jgħid xi twemmin reliġjuż

Huwa Ġesù daqs Alla jew inqas minn Alla? Ġesù darba qal: “Jien u l-​Missier ħaġa waħda.” Dan donnu jikkontradixxi l-​istqarrija tiegħu: “Il-​Missier akbar minni.” (Ġwanni 10:30; 14:28) Biex nifhmu dawn il-​versi b’mod korrett, irridu neżaminaw dak li l-​Bibbja tgħid verament dwar Ġeħova u Ġesù minflok ma nipprovaw inġibu dawn il-​versi fi qbil mat-​twemmin tat-​Trinità, li mhuwiex ibbażat fuq il-​Bibbja. Il-​Bibbja turi li Ġeħova huwa kemm Missier Ġesù kif ukoll l-​Alla tiegħu, il-​Wieħed li anki Ġesù jadura. (Mattew 4:10; Marku 15:34; Ġwanni 17:3; 20:17; 2 Korintin 1:3) Ġesù mhuwiex daqs Alla.

Il-​kuntest tal-​istqarrija taʼ Ġesù “Jien u l-​Missier ħaġa waħda” juri li hu kien qed jitkellem dwar il-​fatt li hu u Missieru, Alla Ġeħova, għandhom l-​istess l-​iskop. Ġesù iktar tard qal: “Il-​Missier hu f’unjoni miegħi u jien f’unjoni mal-​Missier.” (Ġwanni 10:38) Ġesù kellu din l-​unità fl-​iskop anki mas-​segwaċi tiegħu, għax dwarhom talab lil Alla: “Jien tajthom il-​glorja li tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda. Jien f’unjoni magħhom u int f’unjoni miegħi.”​—Ġwanni 17:22, 23.

a Pereżempju, fl-artiklu tagħha dwar it-Taj Mahal, l-Encyclopædia Britannica tgħid li “nbena mill-imperatur Mongolu Shah Jahân.” Però, dan ma bniehx hu personalment għax l-artiklu stess ikompli jgħid li “ġew impjegati iktar minn 20,000 ħaddiem” biex jinbena.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja