LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 87
  • Kif Nistaʼ Norqod Iktar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Norqod Iktar?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala għandek bżonn torqod?
  • X’qed iżommok imqajjem?
  • Kif tistaʼ torqod iktar?
  • L-Irqad—Kemm hu Importanti?
    Stenbaħ!—2011
  • Adolexxenti bi Ngħas—Xi Ħaġa taʼ Tħassib?
    Stenbaħ!—2002
  • Għandek Bżonn Torqod Biżżejjed!
    Stenbaħ!—2003
  • It-2 Suġġeriment—Ħu Ħsieb il-Bżonnijiet Bażiċi taʼ Ġismek
    Stenbaħ!—2011
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 87
Żagħżugħ jorqod waqt il-lezzjoni fil-klassi

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nistaʼ Norqod Iktar?

Jekk mort ħażin fl-eżami tal-maths, forsi taħseb li għandek bżonn tistudja iktar. Jekk mhux qed tilgħab tajjeb fl-isports favorit tiegħek, forsi taħseb li għandek bżonn tagħmel iktar trejning. Imma fiż-żewġ każijiet, jaf għandek bżonn torqod iktar. Ikkunsidra għala.

  • Għala għandek bżonn torqod?

  • X’qed iżommok imqajjem?

  • Kif tistaʼ torqod iktar?

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Għala għandek bżonn torqod?

Esperti jgħidu li l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ għandhom bżonn jorqdu bejn 8 u 10 sigħat bil-lejl. Għala huwa importanti li torqod biżżejjed?

  • L-irqad jgħin biex taħseb aħjar. L-irqad ġie msejjaħ “l-ikel tal-moħħ.” Dan jistaʼ jgħinek biex tmur aħjar fl-iskola, fl-isports, u f’li ttejjeb l-abbiltà biex issolvi l-problemi tiegħek.

  • L-irqad itejjeb l-attitudni u l-burdata tiegħek. Nies li ma jorqdux biżżejjed spiss ibatu iktar bil-burdata, iħossuhom imdejqin jew dipressi, u jsibuha diffiċli biex jingwalawha m’oħrajn.

  • L-irqad jgħinek tevita l-inċidenti. Minn studju li sar fl-Istati Uniti naraw li xufiera bejn is-16 u l-24 sena kienu iktar qed jonogħsu qabel l-inċident tagħhom minn dawk li kellhom bejn l-40 u d-59 sena. Fil-fatt, id-differenza kienet iktar mid-doppju.

  • L-irqad jgħinek ikollok saħħa aħjar. L-irqad jgħin biex iċ-ċelluli u l-vini jibqgħu jiffunzjonaw tajjeb. Il-fatt li torqod tajjeb inaqqas ukoll ir-riskju taʼ mard bħall-obeżità, id-dijabete, u l-puplesija.

Żagħżugħ iqum wara li jkun raqad biżżejjed; il-mowbajl qed jiċċarġja fejn is-sodda tiegħu

Bħalma mowbajl għandu bżonn jiċċarġja biex jibqaʼ jaħdem, inti wkoll għandek bżonn torqod biżżejjed biex tagħti l-aħjar tiegħek

X’qed iżommok imqajjem?

Minkejja l-benefiċċji li semmejna, ħafna żgħażagħ mhux qed jorqdu biżżejjed. Pereżempju, Elaine li għandha 16-il sena tgħid:

“L-għalliema tal-klassi staqsietna fi x’ħin dħalna norqdu. Il-biċċa l-kbira qalu fis-2 taʼ filgħodu. Oħrajn qalu għall-5 taʼ filgħodu. Student wieħed biss qal fid-9:30 taʼ filgħaxija.”

X’inhu dak li jistaʼ jtellfek l-irqad?

Il-ħruġ. “Huwa faċli ndum imqajma u naħli l-ħin, speċjalment filgħaxijiet meta noħroġ mal-ħbieb.”—Pamela.

Ir-responsabbiltajiet. “Jien inħobb norqod, imma vera diffiċli torqod biżżejjed meta jkollok skeda mimlija.”—Ana.

It-teknoloġija. “Il-mowbajl huwa r-raġuni għala nittraskura l-irqad. Diffiċli biex ma nużahx meta nkun fis-sodda.”—Anisa.

Kif tistaʼ torqod iktar?

  • Staqsi lilek innifsek: ‘Kemm hu importanti l-irqad għalija?’ Il-Bibbja tgħid: “Aħjar id mimlija bil-mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-xogħol iebes u l-ġiri wara r-riħ.” (Ekkleżjasti 4:6) L-irqad huwa bżonn, mhux ħela taʼ ħin. Jekk ma torqodx biżżejjed, mhux se tagħmel xogħol tajjeb—u meta toħroġ mhux se tieħu pjaċir għax tkun għajjien.

  • Ara r-raġuni prinċipali għala ma torqodx biżżejjed. Pereżempju, meta toħroġ mal-ħbieb iddum barra? Tħossok li jkollok ħafna homework jew xogħol ieħor? Il-mowbajl qed iżommok imqajjem mal-lejl jew meta tkun rieqed, iqajmek?

Aħseb dwar dan: Jirrikjedi sforz biex tegħleb din l-sfida diffiċli, imma r-riżultat huwa worth it. “Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih,” jgħid Proverbji 21:5.

Bla dubju, dak li jgħin lil wieħed ma jgħinx lil ieħor. Pereżempju, xi nies jgħidu li raqda qasira wara nofsinhar tgħinhom jorqdu aħjar bil-lejl. Imma oħrajn jgħidu li jekk jorqdu wara nofsinhar ma jkunux jistgħu jorqdu bil-lejl. Ara x’inhu l-aħjar għalik. Il-pariri li ġejjin jistgħu jgħinuk:

  • Ħu l-ħin biex tirrilassa. Jekk tkun rilassat qabel tidħol torqod, jaf jgħinek biex torqod malajr.

    “Tajjeb li tlesti kmieni dak li għandek tagħmel fid-dar u responsabbiltajiet oħrajn, ħalli ma toqgħodx taħseb fuqhom x’ħin tkun fis-sodda.”—Maria.

  • Kun af x’għandek bżonn minn qabel. Minflok ma tħalli l-affarijiet jikkontrollawk, ħu kontroll tagħhom int ħalli tkun tistaʼ torqod biżżejjed.

    “Jien, minn tal-inqas għandi bżonn norqod tmien sigħat kull lejl. Għalhekk, meta jkolli bżonn inqum kmieni iktar mis-soltu, il-ġurnata taʼ qabel nikkalkula fi x’ħin irrid nidħol norqod.”—Vincent.

  • Ipprova kun konsistenti. L-arloġġ taʼ ġismek se jaħdem għalik biss jekk tittrennjah. Esperti jgħidu li huwa tajjeb li torqod u tqum dejjem fl-istess ħin. Ipprova għamel hekk għal xahar, u ara kemm tħossok aħjar.

    “Jekk dejjem tidħol torqod fl-istess ħin, moħħok se jistrieħ iktar. Dan se jgħinek biex tkun iktar effettiv f’dak li jkollok tagħmel l-għada.”—Jared.

  • Kun bilanċjat fil-ħruġ. Il-Bibbja tgħid biex tkun ‘moderat fi drawwietek,’ u dan jinkludi dak li tagħmel fil-ħin liberu tiegħek.—1 Timotju 3:2, 11.

    “Kelli nibda noħroġ inqas filgħaxijiet. Jekk ma noqgħodx attenta kemm indum, xi ħaġ’oħra tmur minn taħt, u spiss ikun l-irqad!”—Rebecca.

  • Ħalli l-mowbajl tiegħek “jorqod” ukoll! Minn tal-inqas siegħa qabel torqod, irreżisti t-tentazzjoni biex tidħol fl-internet jew tibgħat messaġġi lil sħabek. Fil-fatt, xi esperti jgħidu li d-dawl li joħroġ mill-mowbajl, mit-televixin, jew it-tablet jistaʼ jagħmilhielek iktar diffiċli biex torqod.

    “In-nies jippretendu li tkun magħhom 24 siegħa kuljum. Imma biex jirnexxilek tistrieħ sewwa, ma tridx tuża l-mowbajl.”—Julissa.

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Bailey

“Agħmel skeda u żomm magħha. Jekk iddeċidejt ħin li tibda tmur torqod fih, ġismek se jidra l-ħin tal-iskeda.”—Bailey.

Katie

“Ħudha drawwa li tidħol torqod f’ħin raġonevoli. L-irqad jgħin lill-ġisem ifejjaq lilu innifsu u jgħinek biex tkun iktar preparat u attent għall-ġurnata li jkun imiss.”—Katie.

Lorenzo

“Mhux faċli biex tkun get-together u titlaq l-ewwel wieħed għax l-għada jkollok tqum kmieni. Imma li tkun taf kemm tiflaħ tibqaʼ mqajjem, juri li inti matur.”—Lorenzo.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja