Ester
1 Issa ġara fi żmien Aħasweru,*+ jiġifieri, Aħasweru li kien isaltan mill-Indja sa l-Etjopja, fuq mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ 2 li f’dak iż-żmien meta s-Sultan Aħasweru kien bil-qiegħda fuq it-tron irjali+ tiegħu fil-kastell+ taʼ Susan,+ 3 fit-tielet sena tar-renju tiegħu, hu għamel ikla kbira+ għall-prinċpijiet u l-qaddejja kollha tiegħu, u quddiemu kien hemm il-qawwa militari tal-Persja+ u l-Medja,+ in-nobbli+ u l-prinċpijiet tal-provinċji.+ 4 Hu wriehom ir-rikkezzi+ tas-saltna glorjuża tiegħu u l-ġieħ+ u s-sbuħija tal-kobor tiegħu għal bosta jiem, għal mija u tmenin jum. 5 U meta għaddew dawn il-jiem, is-sultan għamel ikla kbira taʼ sebat ijiem għan-nies kollha li kienu fil-kastell taʼ Susan, mill-kbir saż-żgħir, fil-bitħa tal-ġnien tal-palazz tas-sultan. 6 Kien hemm purtieri taʼ l-għażel, taʼ qoton fin u taʼ materjal blu+ mdendlin bi ħbula taʼ drapp fin, u suf miżbugħ vjola ħamrani+ f’ħoloq tal-fidda u fuq kolonni taʼ l-irħam, u divani+ tad-deheb u tal-fidda fuq art miksija bil-porfirju,* bl-irħam abjad, bil-madriperla, u bl-irħam iswed.
7 U tqassam l-inbid għax-xorb f’reċipjenti tad-deheb;+ u r-reċipjenti kienu differenti minn xulxin, u kien hemm kwantità kbira taʼ nbid irjali,+ skond il-mezzi tas-sultan. 8 F’dik l-okkażjoni, ma kien hemm ħadd li jġegħelhom jixorbu skond il-liġi, għax hekk kien l-arranġament tas-sultan għall-kbarat kollha taʼ daru, biex kull wieħed jagħmel kif jogħġbu.
9 Is-Sultana Vasti+ wkoll għamlet ikla kbira għan-nisa fid-dar irjali tas-Sultan Aħasweru.
10 Fis-sebaʼ jum, meta qalb is-sultan kienet ferħana bl-inbid,+ hu qal lil Meħuman, Biżta, Ħarbona,+ Bigta u Abagta, Żetar u Karkas, is-sebaʼ uffiċjali tal-palazz li kienu jaqdu+ lis-Sultan Aħasweru nnifsu, 11 biex iġibu lis-Sultana Vasti bil-velu rjali quddiem is-sultan ħalli juri ġmielha lill-popli u lill-prinċpijiet; għax kienet sabiħa fl-għajn.+ 12 Imma s-Sultana Vasti baqgħet ma riditx+ tiġi meta s-sultan bagħat għaliha permezz taʼ l-uffiċjali tal-palazz. Minħabba dan, is-sultan għadab ferm u xegħel bil-korla.+
13 U s-sultan qal lill-għorrief+ li kienu jifhmu fl-użanzi taʼ dawk iż-żminijiet+ (għax hekk kienet titressaq il-kwistjoni tas-sultan quddiem dawk kollha li kienu midħla tal-liġi u l-kawżi legali, 14 u l-eqreb lejh kienu Karsena, Setar, Admata, Tarsis, Meres, Marsena, u Memukan, sebaʼ+ prinċpijiet tal-Persja u l-Medja li setgħu jersqu quddiem is-sultan+ u li kellhom l-ewwel pożizzjonijiet fis-saltna): 15 “Skond il-liġi x’għandu jsir mis-Sultana Vasti talli m’għamlitx dak li qalilha s-Sultan Aħasweru permezz taʼ l-uffiċjali tal-palazz?”
16 Għal dan, Memukan+ qal quddiem is-sultan u l-prinċpijiet: “Is-Sultana Vasti ma naqsitx+ biss lis-sultan imma wkoll lill-prinċpijiet kollha u l-popli kollha li qegħdin f’kull provinċja tas-Sultan Aħasweru. 17 Għax in-nisa miżżewġin kollha jsiru jafu b’dak li għamlet is-sultana, u b’hekk is-sidien+ tagħhom ikunu mistmerrin+ f’għajnejhom, meta jgħidu, ‘Is-Sultan Aħasweru qal biex iġibulu lis-Sultana Vasti quddiemu, u hi ma marritx.’ 18 U dakinhar il-prinċipessi tal-Persja u l-Medja, li jkunu semgħu x’għamlet is-sultana, ikellmu lill-prinċpijiet kollha tas-sultan bl-istess mod, u jkun hemm ħafna disprezz u għadab.+ 19 Jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ ħa toħroġ mingħandu kelma rjali—u ħa tinkiteb mal-liġijiet+ tal-Persja u l-Medja sabiex ma titħassarx+—illi Vasti ma tidħolx quddiem is-Sultan Aħasweru; u ħa jagħti s-sultan id-dinjità rjali tagħha lil mara oħra, waħda aħjar minnha. 20 U d-digriet li jagħmel is-sultan irid jinstemaʼ mar-renju tiegħu kollu (għax hu kbir ferm), u n-nisa miżżewġin kollha jonoraw+ lis-sidien+ tagħhom, mill-kbir saż-żgħir.”
21 U l-ħaġa ntgħoġbot mis-sultan+ u l-prinċpijiet, u s-sultan għamel kif qal Memukan. 22 Għalhekk, bagħat dokumenti+ miktubin lill-provinċji kollha tas-sultan, lil kull waħda minn dawn il-provinċji+ skond il-kitba tagħha u lil kull poplu bl-ilsien tiegħu, sabiex kull raġel miżżewweġ jibqaʼ jkun prinċep f’daru+ u jitkellem bi lsien il-poplu tiegħu.