Ħaggaj
1 Fit-tieni sena tas-Sultan Darju,+ fis-sitt xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj+ il-profeta lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-qassis il-kbir, tgħid:
2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,*+ ‘Dan il-poplu qal: “Iż-żmien għadu ma wasalx, iż-żmien biex tinbena d-dar taʼ Ġeħova.”’”+
3 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi permezz taʼ Ħaggaj, il-profeta, tgħid: 4 “Huwa issa ż-żmien għalikom li tgħammru fid-djar tagħkom miksijin bl-injam,+ waqt li din id-dar hija mitluqa?+ 5 U issa hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.+ 6 Intom żrajtu ħafna, imma tiġbru ftit.+ Tieklu, imma ma tixbgħux. Tixorbu, imma mhux sal-punt li tiskru.+ Tilbsu, imma ħadd ma jisħon; u dak li qed jaħdem għall-paga qed ipoġġi ħlasu f’borża mtaqqba.’”+
7 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.’+
8 “‘Itilgħu fuq il-muntanja u ġibu l-injam.+ Ibnuli d-dar+ biex hekk nieħu pjaċir biha+ u nkun glorifikat,’+ qal Ġeħova.”
9 “‘Fittixtu għal ħafna, imma sibtu biss ftit;+ u ġibtuh fi djarkom, u jien infaħt fuqu+—għal liema raġuni?’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. ‘Minħabba li dari hija mitluqa, filwaqt li intom tiġru, kull wieħed biex jieħu ħsieb daru stess.+ 10 Għalhekk, is-smewwiet żammew lura minn fuqkom in-nida tagħhom, u l-art ma tatx il-frott tagħha.+ 11 U jien bqajt insejjaħ għan-nixfa fuq l-art, fuq il-muntanji, fuq il-qmuħ, fuq l-inbid ġdid,+ fuq iż-żejt, fuq dak li tnibbet l-art, fuq il-bniedem, fuq l-annimal domestiku, u fuq it-taħbit kollu taʼ idejkom.’”+
12 U Żerubbabel,+ bin Saltijel, u Ġożwè, bin Ġeħosadak+ il-qassis il-kbir, u dawk kollha li kien fadal mill-poplu bdew jagħtu widen għal-leħen taʼ Ġeħova Alla tagħhom,+ u għall-kliem taʼ Ħaggaj,+ il-profeta, għax kien Ġeħova Alla tagħhom li bagħtu; u n-nies bdew jibżgħu minħabba Ġeħova.+
13 U Ħaggaj il-messaġġier+ taʼ Ġeħova kompla jkellem lill-poplu skond l-inkarigu li ngħata minn Ġeħova bħala messaġġier,+ u qal: “‘Jien magħkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”
14 U Ġeħova qanqal l-ispirtu+ taʼ Żerubbabel, bin Saltijel, il-gvernatur taʼ Ġuda, u l-ispirtu taʼ Ġożwè,+ bin Ġeħosadak il-qassis il-kbir, u l-ispirtu taʼ dawk kollha li kien fadal mill-poplu; u huma ġew biex jagħmlu x-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati, Alla tagħhom.+ 15 Dan kien fl-erbgħa u għoxrin jum tas-sitt xahar fit-tieni sena tas-Sultan Darju.+