Dewteronomju
1 Dan hu l-kliem* li Mosè qal lil Israel kollu fir-reġjun tal-Ġordan,+ fix-xagħri, fil-pjanuri tad-deżert quddiem Suf, bejn il-Faran+ u Tofel u Laban u Ħaserot+ u Diżaħab, 2 ħdax-il jum mixi mill-Ħoreb, mit-triq li tagħti għall-Muntanja Segħir, sa Kades-barnegħa.+ 3 U ġara li fis-sena erbgħin,+ fl-ewwel tax-xahar tal-ħdax-il xahar, Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova għalihom, 4 wara li għeleb lil Siħon,+ is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon, u lil Għog,+ is-sultan tal-Basan, li kien jgħammar f’Għastarot,+ f’Edrej.+ 5 Fir-reġjun tal-Ġordan, fl-art taʼ Mowab, Mosè beda jispjega din il-liġi,+ u qal:
6 “Ġeħova Alla tagħna kellimna fil-Ħoreb+ u qalilna, ‘Qgħadtu biżżejjed f’dan ir-reġjun muntanjuż.+ 7 Duru u itilqu fi triqitkom u morru fir-reġjun muntanjuż taʼ l-Amurrin+ u għand il-ġirien kollha tagħhom fl-Għaraba,+ ir-reġjun muntanjuż+ u s-Sefela u n-Negeb+ u l-kosta tal-baħar,+ l-art tal-Kangħanin,+ u l-Libanu,+ sax-xmara l-kbira, ix-xmara Ewfrat.+ 8 Ara! Inqiegħed l-art quddiemkom. Idħlu u ħudu f’idejkom l-art li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietkom, lil Abraham, lil Iżakk,+ u lil Ġakobb,+ li jagħtiha lilhom u lil nisilhom warajhom.’+
9 “U dik il-ħabta jien għedtilkom dan, ‘M’għandix il-ħila nġorrkom waħdi.+ 10 Ġeħova Alla tagħkom kattarkom, u, ara, illum intom bħall-kwiekeb tas-smewwiet daqskemm intom kotrana.+ 11 Jalla Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, iżidkom+ elf darba iktar milli intom, u jalla jberikkom+ bħalma wegħedkom.+ 12 Kif nistaʼ nġorr waħdi l-piż tagħkom u t-tagħbija tagħkom u t-tilwim tagħkom?+ 13 Ġibu rġiel għorrief u għaqlin+ u bl-esperjenza+ mit-tribujiet tagħkom, sabiex nagħmilhom kapijiet fuqkom.’+ 14 U intom wiġibtuni u għedtuli, ‘Dak li għedtilna biex nagħmlu hu tajjeb.’ 15 Għalhekk, jien ħadt il-kapijiet tat-tribujiet tagħkom, irġiel għorrief u bl-esperjenza, u qegħedthom bħala kapijiet fuqkom, kapijiet taʼ l-eluf u kapijiet tal-mijiet u kapijiet tal-ħamsinijiet u kapijiet taʼ l-għaxriet u uffiċjali tat-tribujiet tagħkom.+
16 “U ssoktajt nordna lill-imħallfin tagħkom dik il-ħabta, u għedtilhom, ‘Meta jkollkom smigħ taʼ xi każ bejn ħutkom, iġġudikaw bil-ġustizzja+ bejn raġel u ħuh jew ir-resident barrani tiegħu.+ 17 Tkunux parzjali meta tiġġudikaw.+ Għandkom tisimgħu liż-żgħir l-istess bħall-kbir.+ Tibżgħux minn xi bniedem,+ għax il-ġudizzju hu t’Alla;+ u l-każ li jkun iebes wisq għalikom, għandkom tippreżentawh quddiemi, u jien nisimgħu.’+ 18 U jien ordnajtilkom dik il-ħabta kulma għandkom tagħmlu.
19 “Imbagħad tlaqna mill-Ħoreb u mxejna minn ġo dak ix-xagħri kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ li intom rajtu, fit-triq li tagħti għar-reġjun muntanjuż taʼ l-Amurrin,+ sewwasew bħalma kien ikkmandana Ġeħova Alla tagħna; u wasalna Kades-barnegħa.+ 20 U għedtilkom, ‘Wasaltu fir-reġjun muntanjuż taʼ l-Amurrin, li Ġeħova Alla tagħna qed jagħtina.+ 21 Ara! Ġeħova Alla tiegħek reħa l-art f’idejk.+ Qum, ħudha f’idejk, sewwasew bħalma qallek Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietek.+ Tibżax, u titwerwirx.’+
22 “Madankollu, ilkoll kemm intom ġejtu ħdejja u għedtuli, ‘Ħa nibagħtu xi rġiel qabilna biex jitkixxfulna l-art u jġibulna l-aħbar dwar it-triq li għandna nitilgħu minnha u dwar il-bliet li se mmorru fihom.’+ 23 Sewwa, din il-ħaġa dehret li kienet tajba f’għajnejja, u għalhekk minnkom ħadt tnax-il raġel, wieħed minn kull tribù.+ 24 Imbagħad dawn daru u telgħu lejn ir-reġjun muntanjuż+ u waslu sal-wied* t’Eskol+ u tkixxfu l-art. 25 U ħadu ftit mill-frott taʼ l-art+ f’idejhom u ġabuhulna, u ġabulna l-aħbar u qalulna, ‘L-art li se jagħtina Ġeħova Alla tagħna hi tajba.’+ 26 Imma intom ma xtaqtux titilgħu,+ u bdejtu tirribellaw kontra l-ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+ 27 U bqajtu tgergru fit-tined tagħkom u tgħidu, ‘Ġeħova għax bagħadna+ ħariġna mill-art taʼ l-Eġittu,+ biex jagħtina f’idejn l-Amurrin, ħalli jeqridna għalkollox.+ 28 Fejn se nitilgħu? Ħutna qatgħulna qalbna+ meta qalulna: “Hemmhekk rajna poplu akbar u itwal minna,+ bliet kbar u fortifikati sas-smewwiet+ kif ukoll lil ulied l-Għanakin.”’+
29 “Għalhekk, jien għedtilkom, ‘Tinħasdux u tibżgħux minħabba fihom.+ 30 Ġeħova Alla tagħkom sejjer qabilkom. Se jiġġieled għalikom+ fi qbil maʼ kulma għamel magħkom fl-Eġittu quddiem għajnejkom stess,+ 31 u fix-xagħri,+ fejn int rajt kif Ġeħova Alla tiegħek ġarrek+ bħalma raġel iġorr lil ibnu, fit-triq kollha li mxejtu sakemm wasaltu f’dan il-post.’+ 32 Imma, minkejja dan il-kliem, intom ma poġġejtux il-fidi tagħkom f’Ġeħova Alla tagħkom,+ 33 li mexa quddiemkom fit-triq biex ifittxilkom post fejn tikkampjaw,+ bil-lejl permezz tan-nar biex taraw minn liema triq għandkom tgħaddu u bi nhar permezz taʼ sħaba.+
34 “Sadanittant, Ġeħova semaʼ l-kliem li kontu qed tgħidu. Għalhekk, tgħaddab u ħalef+ u qal, 35 ‘Ħadd minn din il-ġenerazzjoni mill-agħar ma se jara l-art tajba li jien ħlift li nagħtiha lil missirijietkom,+ 36 ħlief Kaleb, bin Ġefunne.+ Hu jaraha, u lilu u lil uliedu nagħtihom l-art li rifes fuqha, minħabba l-fatt li hu mexa għalkollox wara Ġeħova.+ 37 (Ġeħova tgħaddab kontrija wkoll minħabba fikom, u qalli, ‘Int ukoll ma tidħolx hemmhekk.+ 38 Ġożwè, bin Nun, li qiegħed quddiemek, jidħol hemmhekk.’+ Lilu saħħaħ Alla,+ għax se jġiegħel lil Israel jiret l-art.) 39 U ż-żgħar tagħkom li dwarhom għedtu: “Se jinħatfu bħala priża!”+ u wliedkom li llum ma jafux x’inhu tajjeb jew x’inhu ħażin, dawn jidħlu hemmhekk, u lilhom nagħtiha, u jiħduha f’idejhom. 40 U intom biddlu d-direzzjoni u itilqu lejn ix-xagħri mit-triq li tagħti għall-Baħar l-Aħmar.’+
41 “U intom wiġibtu u għedtuli, ‘Dnibna kontra Ġeħova.+ Aħna—aħna se nitilgħu u niġġieldu fi qbil maʼ dak kollu li kkmandana Ġeħova!’ Għalhekk, tħażżimtu, kull wieħed minnkom, bl-armi tal-gwerra tiegħu u ħsibtu li kien faċli li titilgħu fuq il-muntanja.+ 42 Imma Ġeħova qalli, ‘Għidilhom: “Titilgħux biex tiġġieldu, għaliex jien m’iniex f’nofskom;+ biex ma tiġux megħlubin mill-għedewwa tagħkom.”’+ 43 Għalhekk, jien kellimtkom, u intom ma tajtunix widen imma bdejtu tirribellaw+ kontra l-ordni taʼ Ġeħova u titmasħnu, u pprovajtu titilgħu fuq il-muntanja.+ 44 Imbagħad l-Amurrin, li kienu qed jgħammru fuq din il-muntanja, ħarġu jiltaqgħu magħkom u ġrew warajkom,+ bħalma jagħmel in-naħal, u xerrdukom fis-Segħir saħansitra sa Ħorma.+ 45 Imbagħad ġejtu lura u bdejtu tibku quddiem Ġeħova, imma Ġeħova la semaʼ leħinkom,+ u lanqas takom widen.+ 46 Għalhekk, bqajtu tgħammru f’Kades għal ħafna jiem, il-jiem kollha li kontu tgħammru hemmhekk.+