1 Tessalonikin
1 Pawlu u Silvanu*+ u Timotju+ lill-kongregazzjoni tat-Tessalonikin f’unjoni+ m’Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu:
Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom.+
2 Aħna dejjem irroddu ħajr lil Alla meta nsemmukom ilkoll fit-talb tagħna,+ 3 għax bla waqfien inżommu f’moħħna l-għemil tagħkom li ġej mill-fidi+ u t-taħbit tagħkom bl-imħabba u s-sabar tagħkom minħabba t-tama tagħkom+ fil-Mulej tagħna Ġesù Kristu quddiem Alla u Missierna. 4 Għax nafu, aħwa maħbubin minn Alla, li ġejtu magħżulin minnu,+ 5 għax l-aħbar tajba li nippridkaw ma ġietx fostkom bil-kliem biss imma wkoll bil-qawwa+ u bl-ispirtu qaddis u b’konvinzjoni sħiħa,+ bħalma tafu kif ġibna ruħna magħkom għall-ġid tagħkom;+ 6 u bdejtu timitaw+ lilna u lill-Mulej,+ peress li aċċettajtu l-kelma bil-ferħ taʼ l-ispirtu qaddis+ minkejja ħafna tribulazzjoni,+ 7 u b’hekk sirtu eżempju għal dawk kollha fil-Maċedonja* u l-Akaja* li jemmnu.
8 Il-fatt hu li mhux biss fil-Maċedonja u fl-Akaja l-kelma taʼ Ġeħova+ nstemgħet mingħandkom, imma l-fidi tagħkom+ f’Alla xterdet f’kull post,+ tant li m’għandna għalfejn ngħidu xejn. 9 Għax huma stess għadhom jgħidu dwar kif dħalna fostkom l-ewwel darba u kif dortu lejn Alla mill-idoli tagħkom+ biex titjassru għal Alla ħaj+ u veru,+ 10 u tistennew+ lil Ibnu mis-smewwiet,+ li qajmu mill-imwiet,+ jiġifieri, lil Ġesù, li jeħlisna mill-korla li ġejja.+