2 Ġwanni
1 L-anzjan+ lis-sinjura magħżula+ u lil uliedha, li jien verament inħobb,+ u mhux jien biss, imma wkoll dawk kollha li saru jafu l-verità,+ 2 minħabba l-verità li tibqaʼ fina+ u tkun magħna għal dejjem.+ 3 Jalla jkollna l-qalb tajba mhix mistħoqqa,+ il-ħniena u l-paċi mingħand Alla l-Missier+ u mingħand Ġesù Kristu, Bin il-Missier, flimkien mal-verità u l-imħabba.+
4 Jien nithenna ferm għax sibt xi wħud minn uliedek+ mexjin fil-verità,+ bħalma rċivejna l-kmandament mingħand il-Missier.+ 5 Għalhekk issa nitolbok, sinjura, bħala bniedem li mhux qed jiktiblek kmandament ġdid,+ imma wieħed li kellna sa mill-bidu,+ li nħobbu lil xulxin.+ 6 U l-imħabba tfisser dan:+ li nibqgħu mexjin skond il-kmandamenti tiegħu.+ Dan hu l-kmandament, bħalma smajtu sa mill-bidu, li għandkom tibqgħu mexjin fih.+ 7 Għax fid-dinja dehru ħafna qarriqin,+ nies li ma jistqarrux li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem.+ Dak hu l-qarrieq+ u l-antikrist.+
8 Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma titilfux dak li ħdimna għalih, imma tiksbu premju sħiħ.+ 9 Kulmin imur iktar ’il quddiem+ u ma jibqax+ fit-tagħlim tal-Kristu m’għandux lil Alla.+ Min jibqaʼ f’dan it-tagħlim għandu kemm lill-Missier u kemm lill-Iben.+ 10 Jekk xi ħadd jiġi għandkom u ma jġibx dan it-tagħlim, tilqgħuh qatt fi djarkom+ u ssellmulux.+ 11 Għax min isellimlu jieħu sehem fl-għemejjel mill-agħar tiegħu.+
12 Għalkemm għandi ħafna x’niktbilkom, ma nixtieqx nagħmel dan bil-karta u l-linka,+ imma qed nittama li niġi għandkom u nkellimkom wiċċ imbwiċċ,+ sabiex il-ferħ+ tagħkom ikun sħiħ.+