3 Ġwanni
1 L-anzjan+ lil Gaju, il-maħbub, li tassew inħobb.+
2 Maħbub,+ nitlob li f’kollox ikollok suċċess+ u tkun f’saħħtek,+ bħalma ruħek qed ikollha suċċess.+ 3 Għax jien thennejt ferm meta ġew xi aħwa u xehdu dwar il-verità li tħaddan, eżatt bħalma qed tkompli miexi fil-verità.+ 4 M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-verità.+
5 Maħbub, qed turi fedeltà f’kulma tagħmel għall-aħwa,+ li huma stranġieri għalik wara kollox.+ 6 Dawn l-aħwa xehdu dwar imħabbtek quddiem il-kongregazzjoni. Jekk jogħġbok, lil dawn ibgħathom fi triqithom kif inhu xieraq f’għajnejn Alla.+ 7 Għax kien minħabba ismu li marru, u ma ħadu xejn+ mingħand in-nies tal-ġnus. 8 Għalhekk, aħna għandna l-obbligu li nilqgħu lil nies bħal dawn bl-ospitalità,+ biex insiru ħaddiema sħabhom fil-verità.+
9 Ktibt xi ħaġa lill-kongregazzjoni, imma Dijotrefe, li jħobb ikollu l-pożizzjoni ewlenija+ fosthom, ma jilqaʼ xejn+ mingħandna bir-rispett.+ 10 Huwa għalhekk li, jekk niġi, infakkar l-għemil tiegħu li qed ikompli jwettaq+ u l-kliem mill-agħar li qed ipaċpaċ fuqna.+ Ukoll, peress li mhux kuntent b’dan, lanqas lill-aħwa+ ma jilqaʼ bir-rispett, u lil dawk li jkunu jridu jilqgħuhom,+ jipprova jfixkilhom+ u jkeċċihom+ mill-kongregazzjoni.
11 Maħbub, timitax dak li hu ħażin, imma dak li hu tajjeb.+ Min jagħmel it-tajjeb joriġina minn Alla.+ Min jagħmel il-ħażen ma rahx lil Alla.+ 12 Demetriju ngħata xiehda minnhom ilkoll+ u mill-verità nfisha. Fil-fatt, aħna wkoll qed nixhdu,+ u int taf li x-xiehda li nagħtu hi minnha.+
13 Kelli ħafna x’niktiblek, iżda ma nixtieqx inkompli niktiblek bil-linka u l-pinna.+ 14 Imma qed nittama li ma ndumx ma narak, u nitkellmu wiċċ imbwiċċ.+
Jalla jkollok il-paċi.+
Il-ħbieb jibagħtu jsellu għalik.+ Sellili+ għall-ħbieb b’isimhom.