Rut
1 Issa ġara li, fiż-żmien meta l-imħallfin+ kienu jamministraw il-ġustizzja, waqaʼ l-ġuħ+ fil-pajjiż, u raġel minn Betlehem+ f’Ġuda mar jgħix bħala barrani fit-territorju taʼ Mowab,+ flimkien maʼ martu u ż-żewġ uliedu. 2 Ir-raġel kien jismu Elimelek, martu Nagħomi, u ż-żewġ uliedu Maħlon u Kiljon, Efratin+ minn Betlehem f’Ġuda. U waslu fit-territorju taʼ Mowab u baqgħu hemmhekk.
3 Għadda ż-żmien u miet Elimelek, ir-raġel taʼ Nagħomi, u baqgħet hi maż-żewġ uliedha. 4 Maż-żmien, l-irġiel iżżewġu nisa Mowabin.+ Waħda kien jisimha Għorfa u l-oħra Rut.+ U baqgħu jgħixu hemmhekk madwar għaxar snin. 5 U ġara li Maħlon u Kiljon mietu wkoll, u b’hekk il-mara sfat mingħajr żewġha u ż-żewġ uliedha. 6 Imbagħad hi flimkien man-nisa taʼ wliedha telqet mit-territorju taʼ Mowab biex tmur lura, għax waqt li kienet f’Mowab semgħet li Ġeħova kien ħaseb fil-poplu+ tiegħu billi tahom il-ħobż.+
7 U telqet mill-post fejn kienet,+ u ż-żewġ nisa taʼ wliedha kienu magħha, u baqgħu mexjin fit-triq biex imorru lura lejn l-art taʼ Ġuda. 8 Fl-aħħar, Nagħomi qalet liż-żewġ nisa taʼ wliedha: “Morru, erġgħu lura, kull waħda lejn dar ommha. Jalla Ġeħova juri qalb tajba bl-imħabba magħkom,+ bħalma intom urejtuha miegħi+ u maʼ żwieġkom li issa huma mejtin. 9 Jalla Ġeħova jagħtikom għotja+ u ssibu post taʼ mistrieħ+ kull waħda f’dar żewġha.” Imbagħad bisithom,+ u bdew jibku u jolfqu. 10 Iżda baqgħu jgħidulha: “Le, aħna miegħek irridu niġu, għand niesek.”+ 11 Imma Nagħomi qaltilhom: “Morru lura, uliedi. Għala tridu tiġu miegħi? Għad għandi jien ulied f’ġufi, biex dawn jistgħu jsiru żwieġkom?+ 12 Morru lura, uliedi, morru, għax jien xjaħt wisq biex nerġaʼ niżżewweġ. Kieku ngħid li għad għandi tama li llejla stess se niżżewweġ u żgur se jkolli t-tfal,+ 13 lesti li tistennewhom sakemm jikbru? Lesti li ma tiżżewġu lil ħadd biex tibqgħu tistennew lilhom? Le, uliedi, għax minħabba fikom għandi mrar kbir peress li id Ġeħova daret kontrija.”+
14 Malli semgħu dan reġgħu bdew jibku u jolfqu, u mbagħad Għorfa bieset lill-kunjata, iżda Rut baqgħet imqabbda magħha.+ 15 Għalhekk, qaltilha: “Ara! L-armla taʼ ħu żewġek marret lura lejn niesha u allatha.+ Mur lura magħha.”+
16 Rut wiġbitha: “Toqgħodx titlobni biex nitilqek, biex immur lura u ma niġix miegħek; għax fejn tmur int, immur jien, u fejn tgħaddi l-lejl int, ngħaddih jien.+ Il-poplu tiegħek ikun il-poplu tiegħi,+ u Alla tiegħek, Alla tiegħi.+ 17 Fejn tmut int, immut jien,+ u hemmhekk nindifen. Jalla Ġeħova jagħmilli hekk u iktar+ minn hekk jekk ma tkunx il-mewt li tifridni minnek.”
18 Meta rat li kienet determinata li tmur magħha,+ ma qaltilha xejn iktar. 19 U t-tnejn li huma baqgħu sejrin fi triqithom sakemm waslu Betlehem.+ U ġara li malli waslu Betlehem, qamet għagħa kbira fil-belt kollha minħabba fihom,+ u n-nisa bdew jgħidu: “Din Nagħomi?”+ 20 U hi kienet tgħidilhom: “Issejħulix Nagħomi.* Sejħuli Mâra,* għax Dak li Jistaʼ Kollox+ sqieni ħafna mrar.+ 21 Kelli minn kollox meta tlaqt,+ u b’idi vojta ġegħelni niġi lura+ Ġeħova. Għala ssejħuli Nagħomi, meta kien Ġeħova li umiljani+ u Dak li Jistaʼ Kollox li ġabli l-gwaj?”+
22 Hekk Nagħomi ġiet lura mit-territorju taʼ Mowab+ maʼ Rut il-Mowabija, mart binha, u waslu Betlehem+ meta beda l-ħsad tax-xgħir.+