2 Samwel
jew, skond is-Settanta Griega, IT-TIENI TAS-SLATEN
1 U ġara, wara l-mewt taʼ Sawl, u meta David stess kien reġaʼ lura milli joqtol lill-Għamalekin,+ li David baqaʼ jgħammar jumejn f’Siklag.+ 2 U fit-tielet jum kien ġej raġel+ mill-kamp, mingħand Sawl, bi ħwejġu mċarrtin+ u bit-trab fuq rasu;+ u meta wasal ħdejn David, hu minnufih waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-art.+
3 U David staqsieh: “Minfejn ġej?” u hu wieġbu: “Ħrabt mill-kamp taʼ Israel.” 4 U David issokta jgħidlu: “Kif spiċċat il-kwistjoni? Għidli, jekk jogħġbok.” U hu wieġbu: “In-nies ħarbu mill-battalja u wkoll ħafna min-nies waqgħu u mietu,+ u mietu saħansitra Sawl+ u ibnu Ġonatan.”+ 5 Imbagħad David staqsa liż-żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Kif taf fiċ-ċert li miet Sawl u wkoll ibnu Ġonatan?”+ 6 U ż-żagħżugħ li kien qed ikellmu wieġbu: “Jien kont bla mistenni fuq il-Muntanja Gilbogħa,+ u kien hemm Sawl iserraħ fuq il-lanza tiegħu;+ u, ara, is-sewwieqa tal-karrijiet u r-rikkieba kienu laħquh.+ 7 Meta dar lura u rani, sejjaħli, u wiġibtu, ‘Hawn jien!’ 8 U ssokta jistaqsini, ‘Min int?’ u jien wiġibtu, ‘Jien Għamaleki.’+ 9 Imbagħad qalli, ‘Intefaʼ fuqi, jekk jogħġbok, u oqtolni, għax ħakmitni d-diqa tal-mewt, għaliex ħajti+ kollha għadha fija.’ 10 Għalhekk, intfajt fuqu u qtiltu,+ għax kont naf li ma setax jibqaʼ ħaj wara li kien waqaʼ. Imbagħad ħadt id-dijadema+ li kienet fuq rasu u l-brazzuletta li kienet fi driegħu, sabiex inġibhom lil sidi hawnhekk.”
11 Għal dan, David qabad u ċarrat ilbiesu,+ u hekk għamlu wkoll l-irġiel kollha li kienu miegħu. 12 U bdew inewħu u jibku,+ u samu+ sa fil-għaxija minħabba Sawl u minħabba ibnu Ġonatan u minħabba l-poplu taʼ Ġeħova u minħabba dar Israel,+ għaliex kienu mietu bis-sejf.
13 David issa staqsa liż-żagħżugħ li kien qed ikellmu: “Minfejn int?” u hu wieġbu: “Jien bin resident barrani, Għamaleki.”+ 14 Imbagħad David staqsieh: “Kif ma bżajtx+ tmidd idek biex teqred lill-midluk+ taʼ Ġeħova?” 15 U David sejjaħ lil wieħed miż-żgħażagħ u qallu: “Ersaq qribu. Aħbat għalih.” Għaldaqstant, ħabat għalih u hu miet.+ 16 David imbagħad qallu: “Il-ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess,+ għaliex fommok stess xehed kontrik,+ meta għedt, ‘Jien qtilt lill-midluk taʼ Ġeħova.’”+
17 U David għanna din l-għanja taʼ niket+ minħabba Sawl u ibnu Ġonatan+ 18 u qal li wlied Ġuda+ kellhom jiġu mgħallmin “L-Għanja tal-Qaws.”+ Ara! Din hi miktuba fil-ktieb taʼ Ġasar:+
19 “Il-ġmiel, O Israel, inqatel fuq il-postijiet għoljin tiegħek.+
Kif waqgħu s-setgħanin!
Tħabbruhx fit-toroq t’Askelon,+
Li ma jmorrux jithennew il-bniet tal-Filistin,
Li ma jmorrux itiru bil-ferħ il-bniet taʼ l-irġiel mhux ċirkonċiżi.+
21 Ja muntanji taʼ Gilbogħa,+ ħalli ebda nida, ħalli ebda xita ma jkun hemm fuqkom, u ħalli lanqas ma jkun hemm għelieqi li jagħmlu l-frott li jistaʼ jiġi offrut lil Alla;+
Għax hemmhekk it-tarka tas-setgħanin tkasbret,
It-tarka taʼ Sawl, u b’hekk ma kien hemm ħadd midluk biż-żejt.+
22 Mid-demm tal-maqtulin, mix-xaħam tas-setgħanin,
Il-qaws taʼ Ġonatan lura ma darx,+
U s-sejf taʼ Sawl ma reġax lura mingħajr suċċess.+
23 Sawl u Ġonatan+ kollhom imħabba u ħlewwa matul ħajjithom,
U f’mewthom ma nfirdux.+
Eħfef mill-ajkli kienu,+
Setgħanin iktar mill-iljuni kienu.+
24 Intom bniet taʼ Israel, ibkuh lil Sawl,
Li libbiskom ilbies imżejjen bl-iskarlat,
Li qegħdilkom fuq ħwejjiġkom tiżjin tad-deheb.+
25 Kif waqgħu s-setgħanin f’nofs il-battalja!+
Ġonatan maqtul fuq il-postijiet għoljin tiegħek!+
26 Jien imnikket minħabba fik, ħija Ġonatan,
Ħelu ħafna kont miegħi.+
Imħabbtek għalija kienet tisboq l-imħabba min-nisa.+
U għabu l-armi tal-gwerra!”