Ġenesi
47 Għaldaqstant, Ġużeppi ġie jagħti l-aħbar lill-Fargħun u qallu:+ “Missieri u ħuti ġew mill-art taʼ Kangħan bl-imrieħel tan-nagħaġ u tal-baqar tagħhom u b’kulma għandhom, u qegħdin fl-art taʼ Gosen.”+ 2 U minn ħutu kollha ħa ħamest irġiel, biex jippreżentahom lill-Fargħun.+
3 U l-Fargħun qal lil ħutu: “X’inhu xogħolkom?”+ Għalhekk, qalu lill-Fargħun: “Il-qaddejja tiegħek huma rgħajja tan-nagħaġ,+ kemm aħna u kemm missirijietna.”+ 4 Imbagħad qalu lill-Fargħun: “Aħna ġejna ngħammru bħala barranin f’din l-art,+ għaliex m’hemmx mergħa għall-merħla li għandhom il-qaddejja tiegħek,+ għax il-ġuħ hu kbir fl-art taʼ Kangħan.+ U issa, jekk jogħġbok, ħa jgħammru l-qaddejja tiegħek fl-art taʼ Gosen.”+ 5 U l-Fargħun qal lil Ġużeppi: “Missierek u ħutek ġew hawnhekk għandek. 6 L-art taʼ l-Eġittu qiegħda kollha quddiemek.+ Agħti lil missierek u lil ħutek l-aħjarnett taʼ l-art biex jgħammru hemm.+ Ħa jgħammru fl-art taʼ Gosen,+ u jekk taf li hemm irġiel taʼ ħila fosthom,+ aħtarhom kapijiet taʼ l-imrieħel li huma tiegħi.”+
7 Imbagħad Ġużeppi daħħal lil missieru Ġakobb u introduċieh lill-Fargħun, u Ġakobb bierek lill-Fargħun.+ 8 Il-Fargħun issa qal lil Ġakobb: “Kemm huma l-jiem tas-snin taʼ ħajtek?” 9 Għalhekk, Ġakobb qal lill-Fargħun: “Il-jiem tas-snin li għext bħala barrani huma mija u tletin sena.+ Ftit u taʼ niket kienu l-jiem tas-snin taʼ ħajti,+ u ma kinux daqs il-jiem tas-snin tal-ħajjiet taʼ missirijieti fil-jiem li għexu bħala barranin.”+ 10 Wara dan, Ġakobb bierek lill-Fargħun u ħareġ minn quddiemu.+
11 B’hekk, Ġużeppi ta lil missieru u lil ħutu fejn jgħammru u tahom oqsma fl-art taʼ l-Eġittu, fl-aħjarnett taʼ l-art, fl-art taʼ Ramesses,+ sewwasew bħalma kien ordna l-Fargħun. 12 U Ġużeppi baqaʼ jipprovdi l-ħobż lil missieru u lil ħutu u lin-nies kollha taʼ dar missieru,+ skond l-għadd taċ-ċkejknin.+
13 Issa ma kienx hemm ħobż fl-art kollha, għaliex il-ġuħ kien kbir ferm;+ u l-art taʼ l-Eġittu u l-art taʼ Kangħan infnew minħabba l-ġuħ.+ 14 U Ġużeppi ssokta jiġbor il-flus kollha li kienu jinstabu fl-art taʼ l-Eġittu u fl-art taʼ Kangħan għaċ-ċereali li kienu qed jixtru n-nies;+ u Ġużeppi baqaʼ jġib il-flus f’dar il-Fargħun. 15 Maż-żmien, il-flus mill-art taʼ l-Eġittu u mill-art taʼ Kangħan intefqu, u l-Eġizzjani kollha bdew imorru għand Ġużeppi, u jgħidulu: “Agħtina l-ħobż!+ U għala għandna mmutu quddiemek għaliex spiċċaw il-flus?”+ 16 U Ġużeppi kien jgħidilhom: “Agħtuni l-bhejjem tagħkom u jien nagħtikom il-ħobż minflok il-bhejjem tagħkom, jekk spiċċaw il-flus.” 17 U huma bdew iġibu l-bhejjem tagħhom lil Ġużeppi; u Ġużeppi baqaʼ jagħtihom il-ħobż minflok iż-żwiemel tagħhom u l-bhejjem taʼ l-imrieħel tan-nagħaġ u tal-baqar u l-ħmir,+ u baqaʼ jipprovdilhom il-ħobż minflok il-bhejjem kollha tagħhom matul dik is-sena.
18 Bil-mod il-mod dik is-sena għaddiet, u huma bdew imorru għandu s-sena taʼ wara u jgħidulu: “Ma se naħbulu xejn lil sidi imma l-flus u l-merħla taʼ l-annimali domestiċi tajniehom lil sidi.+ Ma baqgħalna xejn quddiem sidi ħlief ġisimna u r-rabaʼ tagħna.+ 19 Għala għandna mmutu quddiem għajnejk,+ kemm aħna u kemm ir-rabaʼ tagħna? Ixtri lilna u r-rabaʼ tagħna bil-ħobż,+ u aħna u r-rabaʼ tagħna nsiru lsiera tal-Fargħun; u agħtina ż-żerriegħa biex nibqgħu ħajjin u ma mmutux u r-rabaʼ tagħna ma jsirx ħerba.”+ 20 Għalhekk, Ġużeppi xtara r-rabaʼ kollu taʼ l-Eġizzjani għall-Fargħun,+ għaliex l-Eġizzjani biegħu kull wieħed l-għalqa tiegħu, għax il-ġuħ kien għafashom sew; u r-rabaʼ sar tal-Fargħun.
21 U lin-nies ħadhom fil-bliet minn tarf sa tarf tat-territorju taʼ l-Eġittu.+ 22 Ir-rabaʼ tal-qassisin biss ma xtarax,+ għaliex l-ikel tal-qassisin ġie provdut mill-Fargħun u dawn kielu l-ikel li tahom il-Fargħun.+ Huwa għalhekk li ma bigħux ir-rabaʼ tagħhom.+ 23 U Ġużeppi qal lin-nies: “Ara! Illum jien xtrajt lilkom u r-rabaʼ tagħkom għall-Fargħun. Ħudu ż-żerriegħa, u iżirgħuha fir-rabaʼ.+ 24 Meta din tipproduċi l-frott,+ imbagħad tridu tagħtu parti minn kull ħamsa lill-Fargħun,+ imma erbaʼ partijiet isiru tagħkom bħala żerriegħa għar-rabaʼ u bħala ikel għalikom u għal dawk li hemm fi djarkom u biex titimgħu liċ-ċkejknin tagħkom.”+ 25 U huma qalulu: “Int salvajtna.+ Ħa nsibu l-ħniena f’għajnejn sidi, u nsiru lsiera tal-Fargħun.”+ 26 U Ġużeppi ħareġ digriet, li għadu sa dan il-jum, fuq l-oqsma tar-rabaʼ taʼ l-Eġittu biex il-Fargħun ikollu parti minn kull ħamsa. Kien biss ir-rabaʼ tal-qassisin bħala grupp distint li ma sarx tal-Fargħun.+
27 U Israel baqaʼ jgħammar fl-art taʼ l-Eġittu, fl-art taʼ Gosen;+ u huma baqgħu fiha u nisslu u żdiedu fuq li żdiedu.+ 28 U Ġakobb baqaʼ jgħix fl-art taʼ l-Eġittu għal sbatax-il sena, u b’hekk jiem Ġakobb, snin ħajtu, kienu mija u sebgħa u erbgħin sena.+
29 Bil-mod il-mod beda joqrob iż-żmien biex Israel imut.+ Għalhekk, sejjaħ lil ibnu Ġużeppi u qallu: “Jekk, issa, sibt il-ħniena f’għajnejk, jekk jogħġbok, poġġi idek taħt koxxti,+ u uri qalb tajba bl-imħabba u fedeltà miegħi.+ (Jekk jogħġbok, tidfinnix fl-Eġittu.)+ 30 U jien nimtedd maʼ missirijieti,+ u int ġorrni ’l barra mill-Eġittu u idfinni f’qabarhom.”+ U hu wieġbu: “Jien se nagħmel skond kelmtek.” 31 Qallu: “Aħlifli.” U ħaliflu.+ Imbagħad Israel miel għal fuq ras is-sodda.+