Ġenesi
5 Dan hu ktieb in-nisel taʼ Adam. Dakinhar li Alla ħalaq lil Adam, hu għamlu jixbah lil Alla.+ 2 Raġel u mara ħalaqhom.+ Imbagħad berikhom u semmiehom Bniedem+ dakinhar li nħolqu.+
3 U Adam għex mija u tletin sena. Imbagħad nissel iben jixbah lilu, fis-sura tiegħu, u semmieh Set.+ 4 U jiem Adam, wara li nissel lil Set, kienu tmien mitt sena. Sadanittant nissel subien u bniet.+ 5 Mela l-jiem kollha li għex Adam kienu disaʼ mija u tletin sena; u miet.+
6 U Set għex mija u ħames snin. Imbagħad nissel lil Enos.+ 7 U wara li nissel lil Enos, Set għex tmien mija u sebaʼ snin oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 8 Mela l-jiem kollha taʼ Set kienu disaʼ mija u tnax-il sena; u miet.
9 U Enos għex disgħin sena. Imbagħad nissel lil Kenan.+ 10 U wara li nissel lil Kenan, Enos għex tmien mija u ħmistax-il sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 11 Mela l-jiem kollha t’Enos kienu disaʼ mija u ħames snin; u miet.
12 U Kenan għex sebgħin sena. Imbagħad nissel lil Maħalalel.+ 13 U wara li nissel lil Maħalalel, Kenan għex tmien mija u erbgħin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 14 Mela l-jiem kollha taʼ Kenan kienu disaʼ mija u għaxar snin; u miet.
15 U Maħalalel għex ħamsa u sittin sena. Imbagħad nissel lil Ġared.+ 16 U wara li nissel lil Ġared, Maħalalel għex tmien mija u tletin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 17 Mela l-jiem kollha taʼ Maħalalel kienu tmien mija u ħamsa u disgħin sena; u miet.
18 U Ġared għex mija u tnejn u sittin sena. Imbagħad nissel lil Enok.+ 19 U wara li nissel lil Enok, Ġared għex tmien mitt sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 20 Mela l-jiem kollha taʼ Ġared kienu disaʼ mija u tnejn u sittin sena; u miet.
21 U Enok għex ħamsa u sittin sena. Imbagħad nissel lil Metuselaħ.+ 22 U wara li nissel lil Metuselaħ, Enok mexa maʼ l-Alla l-veru tliet mitt sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 23 Mela l-jiem kollha t’Enok kienu tliet mija u ħamsa u sittin sena. 24 U Enok mexa+ maʼ l-Alla l-veru.+ Imbagħad ma deherx iktar, għax Alla ħadu.+
25 U Metuselaħ għex mija u sebgħa u tmenin sena. Imbagħad nissel lil Lamek.+ 26 U wara li nissel lil Lamek, Metuselaħ għex sebaʼ mija u tnejn u tmenin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 27 Mela l-jiem kollha taʼ Metuselaħ kienu disaʼ mija u disgħa u sittin sena; u miet.
28 U Lamek għex mija u tnejn u tmenin sena. Imbagħad nissel iben. 29 U semmieh Noè*+ u qal: “Dan se jfarraġna fix-xogħol tagħna u fit-taħbit* taʼ idejna li rriżultaw mill-art misħuta minn Ġeħova.”+ 30 U wara li nissel lil Noè, Lamek għex ħames mija u ħamsa u disgħin sena oħra. Sadanittant nissel subien u bniet. 31 Mela l-jiem kollha taʼ Lamek kienu sebaʼ mija u sebgħa u sebgħin sena; u miet.
32 U Noè kellu ħames mitt sena. Imbagħad nissel lil Sem,+ Ħam,+ u Ġafet.+