2 Samwel
19 Iktar tard lil Ġowab waslitlu din l-aħbar: “Ara! Is-sultan qed jibki, u qed jagħmel il-vistu minħabba Absalom.”+ 2 Għalhekk, is-salvazzjoni dakinhar kienet okkażjoni taʼ vistu min-naħa tan-nies kollha, għaliex in-nies semgħu jingħad dakinhar: “Is-sultan ħassu mweġġaʼ minħabba ibnu.” 3 U dakinhar in-nies bdew deħlin baxx baxx fil-belt,+ sewwasew bħalma n-nies kienu jitilqu baxx baxx meta kienu jaqgħu fl-għajb għax ikunu ħarbu mill-battalja. 4 U s-sultan għatta wiċċu, u s-sultan baqaʼ jgħajjat b’leħen għoli: “Ibni Absalom! Absalom ibni, ibni!”+
5 Fl-aħħar, Ġowab daħal għand is-sultan id-dar u qallu: “Illum int ħammart wiċċ il-qaddejja kollha tiegħek, dawk li llum ħelsulek ruħek+ u ruħ uliedek subien+ u bniet+ u ruħ in-nisa tiegħek+ u ruħ il-konkubini tiegħek,+ 6 billi ħabbejt lil dawk li jobogħduk u bgħadt lil dawk li jħobbuk; għax int illum għedt li l-kapijiet u l-qaddejja m’huma xejn għalik, għaliex illum jien naf tajjeb illi kieku Absalom kien ħaj u aħna lkoll konna mejtin illum, iva, kieku dan kien ikun tajjeb f’għajnejk. 7 U issa qum, oħroġ u kellem b’mod inkuraġġanti+ lill-qaddejja tiegħek, għaliex, b’Ġeħova, naħlef li, jekk ma toħroġx, lanqas raġel wieħed ma joqgħod miegħek dan il-lejl;+ u dan ikun agħar għalik mill-ħsara kollha li ġiet fuqek minn żgħożitek s’issa.” 8 Għaldaqstant, is-sultan qam u qagħad bil-qiegħda fil-bieb,+ u lin-nies kollha wasslulhom l-aħbar li tgħid: “Hemm is-sultan bil-qiegħda fil-bieb.” U n-nies kollha bdew ġejjin quddiem is-sultan.
Inkwantu għal Israel, dawn kienu ħarbu kull wieħed lejn daru.+ 9 U n-nies kollha kienu qed jitlewmu fit-tribujiet kollha taʼ Israel u jgħidu: “Kien is-sultan li ħelisna minn id l-għedewwa tagħna,+ u kien hu li ħelisna minn id il-Filistin; u issa ħarab mill-pajjiż minn quddiem Absalom.+ 10 U Absalom, li dliknieh biex ikun fuqna,+ miet fil-battalja.+ Għalhekk, issa għala m’intom tagħmlu xejn biex iġġibu lura lis-sultan?”+
11 U lil Sadok+ u lil Abjatar,+ il-qassisin, is-Sultan David bagħat jgħidilhom: “Kellmu lix-xjuħ taʼ Ġuda+ u għidulhom, ‘Għala għandkom tkunu l-aħħar nies li ġġibu lura lis-sultan lejn daru, meta l-kelma taʼ Israel kollu waslet għand is-sultan f’daru? 12 Intom ħuti; intom għadmi u laħmi.+ Mela għala għandkom tkunu l-aħħar nies li ġġibu lura lis-sultan?’ 13 U lil Għamasa għandkom tgħidulu,+ ‘M’intix int għadmi u laħmi? Għalhekk, jalla jagħmilli hekk Alla, u saħansitra iktar minn hekk,+ jekk int ma ssirx il-kap taʼ l-armata dejjem quddiemi minflok Ġowab.’”+
14 U hu dawwar qalb l-irġiel kollha taʼ Ġuda bħal bniedem wieħed,+ u b’hekk bagħtu jgħidu lis-sultan: “Ejja lura, int u l-qaddejja kollha tiegħek.”
15 U s-sultan mar lura u wasal saħansitra sal-Ġordan. U n-nies taʼ Ġuda waslu Gilgal+ biex imorru jiltaqgħu mas-sultan, biex iwasslu lis-sultan in-naħa l-oħra tal-Ġordan. 16 Imbagħad Simgħi,+ bin Gera+ l-Benjamini, li kien minn Baħurim,+ ħaffef u niżel man-nies taʼ Ġuda biex jiltaqaʼ mas-Sultan David. 17 U kien hemm miegħu elf raġel minn Benjamin. (U Siba,+ il-qaddej taʼ dar Sawl, u l-ħmistax-il tifel tiegħu+ u għoxrin qaddejja tiegħu wkoll kienu miegħu, u rnexxielhom jaslu sal-Ġordan qabel is-sultan. 18 U qasam l-ilma baxx+ biex iwassal lil dawk taʼ dar is-sultan in-naħa l-oħra u biex jagħmel dak li kien tajjeb f’għajnejh.) U Simgħi, bin Gera, inxteħet quddiem is-sultan meta dan kien wasal biex jaqsam il-Ġordan.+ 19 Hu issa qal lis-sultan: “Tgħoddhulix l-iżball, sidi, u tiftakarx in-nuqqas li għamel+ il-qaddej tiegħek dakinhar li sidi s-sultan ħareġ minn Ġerusalemm, sabiex is-sultan iżomm dan f’qalbu.+ 20 Għax il-qaddej tiegħek jaf tajjeb li kont jien li dnibt; u għalhekk, ara, illum jien ġejt l-ewwel wieħed mid-dar kollha taʼ Ġużeppi+ biex ninżel niltaqaʼ maʼ sidi s-sultan.”
21 Minnufih, Abisaj,+ bin Seruja,+ wieġeb u qal: “M’għandux Simgħi jingħata l-mewt biex ipatti għal dan, talli seħet il-midluk taʼ Ġeħova?”+ 22 Imma David qal: “X’għandi x’naqsam magħkom,+ ulied Seruja, biex illum tmorru kontra+ x-xewqat tiegħi? Se jingħata l-mewt xi ħadd illum f’Israel?+ Forsi ma nafx tajjeb li llum jien sultan fuq Israel?” 23 Imbagħad is-sultan qal lil Simgħi: “Ma tmutx.” U s-sultan issokta jaħliflu.+
24 U Mefiboset,+ in-neputi taʼ Sawl, niżel jiltaqaʼ mas-sultan; u la kien ħa ħsieb saqajh,+ la kien ħa ħsieb il-mustaċċi tiegħu,+ u lanqas ħasel ħwejġu minn dakinhar li telaq is-sultan sa dakinhar li ġie bis-sliem. 25 U ġara li, meta ġie Ġerusalemm biex jiltaqaʼ mas-sultan, is-sultan qallu: “Għala ma ġejtx miegħi, Mefiboset?” 26 U dan wieġbu: “Sidi s-sultan, kien il-qaddej tiegħi+ li daħaq bija. Għax il-qaddej tiegħek kien qal, ‘Ħa nxidd sarġ lill-ħmara sabiex nirkeb fuqha u mmur mas-sultan,’ għax il-qaddej tiegħek zopp.+ 27 Għalhekk, hu mmalafama+ lill-qaddej tiegħek maʼ sidi s-sultan. Imma sidi s-sultan hu bħal anġlu+ taʼ l-Alla l-veru, u għalhekk agħmel dak li hu tajjeb f’għajnejk. 28 Għax għal sidi s-sultan in-nies kollha taʼ dar missieri ma kienu jkunu xejn ħlief kundannati għall-mewt, u madankollu int qegħedt il-qaddej tiegħek fost dawk li jieklu mill-mejda tiegħek.+ Għalhekk, x’jedd għad għandi jien biex saħansitra nerġaʼ ngħajjat+ lis-sultan?”
29 Madankollu, is-sultan qallu: “Għalfejn tibqaʼ tgħid dan il-kliem tiegħek? Fil-fatt ngħidlek, Int u Siba għandkom taqsmu r-rabaʼ bejnietkom.”+ 30 U Mefiboset wieġeb lis-sultan: “Ħa jieħu mqar kollox hu,+ issa li sidi s-sultan ġie bis-sliem lejn daru.”
31 U Barżillaj+ il-Gilegħadi niżel minn Rogelim ħalli jgħaddi lejn il-Ġordan mas-sultan sabiex jakkumpanjah sal-Ġordan. 32 U Barżillaj kien xiħ ħafna, għax kellu tmenin sena;+ u kien hu li pprovda l-ikel lis-sultan meta kien qed jgħammar f’Maħanajm,+ għax kien raġel għani ħafna.+ 33 Għalhekk, is-sultan qal lil Barżillaj: “Int aqsam miegħi, u jien nipprovdilek l-ikel miegħi f’Ġerusalemm.”+ 34 Imma Barżillaj qal lis-sultan: “Kemm se ngħix snin iktar, sabiex nitlaʼ mas-sultan Ġerusalemm? 35 Illum jien għandi tmenin sena.+ Nistaʼ jien nagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin, jew jistaʼ l-qaddej tiegħek itiegħem dak li jiekol u dak li jixrob,+ jew nistaʼ jien nismaʼ+ iktar leħen l-għannejja rġiel u nisa?+ Għalhekk, għala għandu l-qaddej tiegħek ikun taʼ piż+ iktar għal sidi s-sultan? 36 Għax il-qaddej tiegħek triq żgħira setaʼ jieħdu lis-sultan sal-Ġordan, u għala għandu s-sultan iħallasni lura b’dan il-premju?+ 37 Ħa jerġaʼ lura l-qaddej tiegħek, jekk jogħġbok, u ħa mmut+ f’belti qrib il-post fejn indifnu missieri u ommi.+ Imma hawn hu l-qaddej tiegħek Kimħam.+ Ħa jaqsam hu maʼ sidi s-sultan; u int agħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk.”
38 Għaldaqstant, is-sultan qal: “Miegħi se jaqsam Kimħam, u jien nagħmillu dak li hu tajjeb f’għajnejk; u kulma tixtieq minni nagħmilhulek.” 39 In-nies kollha issa bdew jaqsmu l-Ġordan, u s-sultan qasam ukoll; u s-sultan bies+ lil Barżillaj u bierku,+ u mbagħad dan reġaʼ lura lejn postu. 40 Meta s-sultan mar in-naħa l-oħra lejn Gilgal,+ Kimħam qasam miegħu, kif ukoll il-poplu kollu taʼ Ġuda, u nofs il-poplu taʼ Israel ukoll, sabiex jieħdu lis-sultan in-naħa l-oħra.
41 U, ara, l-irġiel kollha taʼ Israel marru għand is-sultan, u lis-sultan qalulu: “Għala+ ħutna, l-irġiel taʼ Ġuda, ħatfuk sabiex jieħdu lis-sultan u lin-nies taʼ daru u l-irġiel kollha taʼ David miegħu n-naħa l-oħra tal-Ġordan?”+ 42 Għal dan, l-irġiel kollha taʼ Ġuda wieġbu lill-irġiel taʼ Israel: “Għax is-sultan jiġi minna mill-qrib;+ u għala rrabjajtu minħabba din il-ħaġa? Kilna aħna mqar ħaġa waħda minn fuq dahar is-sultan, jew intbagħtitilna xi għotja?”
43 Madankollu, l-irġiel taʼ Israel wieġbu lill-irġiel taʼ Ġuda u qalulhom: “Aħna għandna għaxar partijiet mis-saltna,+ u b’hekk rigward David għandna iktar dritt minnkom. Għala, mela, ittrattajtuna b’disprezz, u għala m’għandniex inkunu aħna l-ewwel+ li nġibu lura lis-sultan tagħna?” Imma l-kelma taʼ l-irġiel taʼ Ġuda kienet iktar ħarxa mill-kelma taʼ l-irġiel taʼ Israel.