1 Slaten
4 U s-Sultan Salamun kompla jsaltan fuq Israel kollu.+ 2 U dawn huma l-prinċpijiet+ li kellu: Għażarija bin Sadok,+ il-qassis; 3 Eliħoref u Aħija, ulied Sisa, is-segretarji;+ Ġeħosafat+ bin Aħilud, ir-reġistratur; 4 u Benaja+ bin Ġeħojada kien fuq l-armata,+ u Sadok u Abjatar+ kienu qassisin; 5 u Għażarija bin Natan+ kien fuq id-deputati, u Żabud bin Natan kien qassis, il-ħabib+ tas-sultan; 6 u Aħisar kien fuq id-dar, u Adoniram+ bin Għabda, fuq dawk miktubin għal xogħol forzat.+
7 U Salamun kellu tnax-il deputat fuq Israel kollu, u dawn ipprovdew l-ikel lis-sultan u lil taʼ daru. Lil kull wieħed minnhom kien imissu d-dmir li jipprovdi l-ikel xahar fis-sena.+ 8 U dawn kienu l-ismijiet tagħhom: Bin Ħur, fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm;+ 9 bin Deker, f’Makas u f’Sagħlbim+ u Bet-xemex+ u Elon-bet-ħanan; 10 bin Ħesed, f’Arubbot (dan kellu Sokoh u l-art kollha taʼ Ħefer);+ 11 bin Abinadab, l-għoljiet kollha taʼ Dor+ (Tafat, bint Salamun, saret martu); 12 Bagħna bin Aħilud, f’Tagħnak+ u Megiddo+ u Bet-segħan kollu,+ li jinsab ħdejn Saretan+ taħt Ġeżragħel,+ minn Bet-segħan s’Abel-meħola+ sar-reġjun tal-Ġokmegħam;+ 13 bin Geber, f’Ramot-gilegħad+ (hu kellu l-irħula tat-tined taʼ Ġajir+ bin Manasse, f’Gilegħad;+ u kellu r-reġjun taʼ l-Argob,+ fil-Basan:+ sittin belt kbira bis-swar u l-istaneg tar-ram aħmar); 14 Aħinadab bin Iddo, f’Maħanajm;+ 15 Aħimgħas, f’Naftali+ (dan ukoll ħa lil bint Salamun, Basemat, bħala martu);+ 16 Bagħna bin Ħusaj, f’Aser+ u Begħalot; 17 Ġeħosafat bin Paruħa, f’Issakar;+ 18 Simgħi+ bin Ela, f’Benjamin;+ 19 Geber bin Uri, fl-art taʼ Gilegħad,+ l-art taʼ Siħon+ is-sultan taʼ l-Amurrin,+ u t’Għog+ is-sultan tal-Basan,+ u kien hemm deputat wieħed fuq id-deputati l-oħrajn kollha tal-pajjiż.
20 Ġuda u Israel kienu ħafna, bħar-ramel taʼ ħdejn il-baħar daqskemm kienu kotrana,+ u kienu jieklu u jixorbu u jifirħu.+
21 U Salamun ħakem fuq is-saltniet kollha mix-Xmara*+ sa l-art tal-Filistin u sal-fruntiera taʼ l-Eġittu. Dawn kienu jġibu r-rigali u jaqdu lil Salamun il-jiem kollha taʼ ħajtu.+
22 U b’mod regulari l-ikel taʼ kuljum għal Salamun kien tletin kor+ dqiq fin u sittin kor dqiq, 23 għaxar baqriet smien u għoxrin baqra tal-mergħa u mitt nagħġa, minbarra xi ċriev+ u għażżiel*+ u ċerti ċriev żgħar u daqquq imsemmen. 24 Għax hu kellu sottomess lejh kulma kien hemm fuq din in-naħa tax-Xmara,+ minn Tifsa sa Gaża,+ u wkoll is-slaten kollha fuq din in-naħa tax-Xmara;+ u kellu l-paċi+ fir-reġjuni tiegħu kollha, kullimkien. 25 U Ġuda+ u Israel baqgħu jgħammru fis-sigurtà,+ kulħadd taħt id-dielja tiegħu u taħt it-tina tiegħu,+ minn Dan sa Bir-xeba,+ il-jiem kollha taʼ Salamun.
26 U Salamun kellu erbgħin elf stalla għaż-żwiemel+ tal-karrijiet tiegħu+ u tnax-il elf rikkieb.
27 U dawn id-deputati+ pprovdew l-ikel lis-Sultan Salamun u lil kulmin kien jersaq mal-mejda tas-Sultan Salamun, kull wieħed fix-xahar tiegħu. Huma kienu jaraw li ma jkun hemm xejn nieqes. 28 U kienu jġibu x-xgħir u t-tiben għaż-żwiemel u għall-gruppi taż-żwiemel+ kulfejn kien hemm bżonn, kull wieħed skond fejn kien jiġi mqabbad.+
29 U Alla baqaʼ jagħti lil Salamun ħafna għerf+ u abbiltà li jifhem+ u qalb+ mimlija dehen, bħar-ramel f’xatt il-baħar.+ 30 U l-għerf taʼ Salamun kien iktar vast+ mill-għerf tan-nies kollha taʼ l-Orjent+ u mill-għerf kollu taʼ l-Eġittu.+ 31 U kien iktar għaref minn kwalunkwe bniedem ieħor, minn Etan+ l-Eżraħi u Ħeman+ u Kalkol+ u Darda wlied Maħol; u l-fama tiegħu laħqet il-ġnus kollha taʼ madwar.+ 32 U kien jaf jitkellem tlett elef proverbju,+ u l-għanjiet tiegħu+ kienu elf u ħamsa. 33 U kien jitkellem dwar is-siġar, miċ-ċedru tal-Libanu+ saż-żuf+ li jikber fil-ħajt; u kien jitkellem dwar il-bhejjem+ u t-tjur+ u l-ħlejjaq li jitħarrku+ u l-ħut.+ 34 U kienu jiġu mill-popli kollha biex jisimgħu l-għerf taʼ Salamun,+ u anki mis-slaten kollha taʼ l-art li semgħu b’għerfu.+