16 Biss hu m’għandux ikollu ħafna żwiemel,+ lanqas iġiegħel lin-nies imorru lura l-Eġittu sabiex ikollhom ħafna żwiemel;+ filwaqt li Ġeħova qalilkom, ‘Qatt m’għandkom tmorru lura minn din it-triq.’
4 U David ħa mingħandu elf u sebaʼ mitt rikkieb taż-żwiemel u għoxrin elf raġel bil-mixi;+ u David qataʼ l-għerq taʼ l-għarqub+ taż-żwiemel tal-karrijiet kollha,+ imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-karrijiet.
17 U karru kien jiġi importat mill-Eġittu għal sitt mitt biċċa tal-fidda, u żiemel għal mija u ħamsin; u hekk ukoll kienu jagħmlu s-slaten kollha tal-Ħittin u s-slaten tas-Sirja.+ Kien permezz tagħhom li kienu jimportaw.