1 Slaten
10 Issa s-sultana taʼ Xeba+ bdiet tismaʼ dwar il-fama taʼ Salamun b’konnessjoni maʼ isem Ġeħova.+ Għalhekk, ġiet biex tipprovah b’mistoqsijiet taʼ taħbil il-moħħ.+ 2 Fl-aħħar waslet Ġerusalemm b’għadd impressjonanti taʼ nies li kienu qed jakkumpanjawha,+ iġmla+ jġorru żejt tal-balzmu+ u ħafna u ħafna deheb u ħaġar prezzjuż; u ġiet għand Salamun u bdiet tkellmu fuq dak kollu li kien għal qalbha.+ 3 Salamun, min-naħa tiegħu, qagħad iwiġbilha l-mistoqsijiet kollha tagħha.+ Ma kien hemm xejn li s-sultan ma kienx jaf u ma setax iwiġbilha.+
4 Meta s-sultana taʼ Xeba rat l-għerf kollu taʼ Salamun+ u d-dar li kien bena,+ 5 u l-ikel tal-mejda tiegħu+ u kif il-qaddejja tiegħu kienu jpoġġu mal-mejda u s-servizz taʼ dawk li kienu jservu l-ikel u lbieshom u x-xorb tiegħu+ u s-sagrifiċċji tal-ħruq li kien joffri regolarment fid-dar taʼ Ġeħova, baqgħet miblugħa.*+ 6 Għaldaqstant qalet lis-sultan: “Il-kliem li smajt f’pajjiżi dwarek u dwar l-għerf tiegħek huwa minnu.+ 7 Iżda m’emmintx il-kliem li ntqal sakemm ġejt u rajt b’għajnejja. U, ara! Lanqas in-nofs ma kienu qaluli.+ L-għerf u l-ġid tiegħek jisbqu l-affarijiet li smajt.+ 8 Henjin in-nies tiegħek;+ henjin+ huma dawn il-qaddejja tiegħek li qegħdin weqfin quddiemek il-ħin kollu, jisimgħu l-għerf tiegħek!+ 9 Ħa jkun imbierek Ġeħova Alla tiegħek,+ li tgħaxxaq+ bik billi poġġiek fuq it-tron taʼ Israel;+ għax peress li Ġeħova għandu mħabba dejjiema* għal Israel,+ hu ħatrek bħala sultan+ biex twettaq il-ġustizzja+ u s-sewwa.”+
10 Imbagħad tat+ lis-sultan mija u għoxrin talent deheb+ u kwantità kbira ferm taʼ żejt tal-balzmu+ u ħaġar prezzjuż. Qatt ma reġgħet ngħatat kwantità taʼ żejt tal-balzmu daqskemm is-sultana taʼ Xeba tat lis-Sultan Salamun.
11 U l-flotta taʼ bastimenti taʼ Ħiram+ li kienet qed iġġorr id-deheb minn Ofir+ ġabet ukoll minn Ofir ammont kbir ferm taʼ injam tas-siġar tas-sandlu+ u ħaġar prezzjuż.+ 12 U s-sultan għamel mill-injam tas-siġar tas-sandlu tip t’appoġġ għad-dar taʼ Ġeħova+ u għad-dar tas-sultan, kif ukoll arpi+ u strumenti tal-korda+ għall-għannejja. Sal-ġurnata taʼ llum għadu qatt ma ġie jew deher injam tas-siġar tas-sandlu bħal dan.
13 U s-Sultan Salamun ta lis-sultana taʼ Xeba kulma għoġobha u kulma talbitu, apparti l-affarijiet li s-Sultan Salamun taha b’idu miftuħa.+ Imbagħad, hi daret u telqet lejn pajjiżha, flimkien mal-qaddejja tagħha.+
14 U d-deheb+ li kien jasal għand Salamun f’sena waħda kien jiżen sitt mija u sitta u sittin talent deheb,+ 15 minbarra dak li kien jiddaħħal mill-merkanti li jivvjaġġaw u l-qligħ min-negozjanti u mis-slaten+ kollha taʼ l-Għarab+ u mill-gvernaturi tal-pajjiż.
16 U s-Sultan Salamun għamel mitejn tarka kbira tad-deheb imħallat+ (kull tarka kbira ksieha b’sitt mitt xekel deheb),+ 17 u tliet mitt tarka żgħira tad-deheb imħallat (kull tarka żgħira ksieha bi tliet miniet deheb).+ Imbagħad is-sultan qegħedhom fid-Dar tal-Foresta tal-Libanu.+
18 Iżjed minn hekk, is-sultan għamel tron+ kbir taʼ l-avorju+ u ksieh bid-deheb irfinut.+ 19 Kien hemm sitt tarġiet għat-tron, u t-tron kellu tinda tonda fuqu u dirgħajn maż-żewġt iġnub tas-siġġu, u kien hemm żewġ iljuni+ ħdejn id-dirgħajn.+ 20 U kien hemm tnax-il iljun wieqaf fuq is-sitt tarġiet, kemm fuq naħa u kemm fuq oħra. L-ebda saltna oħra ma kellha tron bħalu.+
21 U r-reċipjenti kollha tax-xorb tas-Sultan Salamun kienu tad-deheb, u r-reċipjenti kollha tad-Dar tal-Foresta tal-Libanu+ kienu tad-deheb pur.+ Ma kien hemm xejn tal-fidda; fi żmien Salamun din ma kienet meqjusa xejn. 22 Għax is-sultan kellu flotta taʼ bastimenti taʼ Tarsis+ fuq il-baħar flimkien mal-flotta taʼ bastimenti taʼ Ħiram. Darba kull tliet snin il-flotta taʼ bastimenti taʼ Tarsis kienet tiġi b’deheb+ u fidda, avorju,+ u xadini u paguni.
23 Għalhekk, is-Sultan Salamun kellu iktar rikkezzi+ u għerf+ mis-slaten l-oħrajn kollha taʼ l-art. 24 U n-nies kollha taʼ l-art kienu jfittxu li jaraw lil Salamun biex jisimgħu l-għerf li Alla kien qegħedlu f’qalbu.+ 25 U kull sena+ kulħadd kien iġib l-għotja tiegħu,+ oġġetti tal-fidda+ u oġġetti tad-deheb u lbies u armi+ u żejt tal-balzmu, żwiemel u bgħula.+
26 U Salamun baqaʼ jiġmaʼ iktar karrijiet u żwiemel tal-ġiri; u kellu elf u erbaʼ mitt karru u tnax-il elf żiemel tal-ġiri,+ u kien iżommhom fil-bliet għall-karrijiet u f’Ġerusalemm, qrib is-sultan.+
27 U s-sultan għamel il-fidda f’Ġerusalemm bħall-ġebel,+ u l-injam taċ-ċedru bħas-siġar tal-ġummajż li hemm fis-Sefela daqskemm kienu kotrana.+
28 U mill-Eġittu kienu jiġu importati ż-żwiemel għal Salamun, u l-kumpanija tal-merkanti tas-sultan kienet tixtri merħla sħiħa taʼ żwiemel bil-prezz li tkun tat.+ 29 U karru kien jiġi importat mill-Eġittu għal sitt mitt biċċa tal-fidda, u żiemel għal mija u ħamsin; u hekk ukoll kienu jagħmlu s-slaten kollha tal-Ħittin+ u s-slaten tas-Sirja. Kien permezz tagħhom li kienu jimportaw.