2 Slaten
10 Issa Aħab kellu sebgħin+ tifel fis-Samarija.+ Għalhekk, Ġeħu kiteb ittri u bagħathom is-Samarija lill-prinċpijiet+ taʼ Ġeżragħel, lix-xjuħ+ u lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ulied Aħab, jgħidu: 2 “Issa, mela, meta taslilkom din l-ittra se jkun hemm magħkom ulied sidkom, u jkollkom il-karrijiet tal-gwerra u ż-żwiemel+ u belt fortifikata u armi. 3 Araw min hu l-aħjar u l-iktar rett fost ulied sidkom u qegħduh fuq it-tron taʼ missieru.+ Imbagħad iġġieldu għal dar sidkom.”
4 U bdew jibżgħu ferm u jgħidu: “Ara! Żewġ slaten+ ma setgħux jiqfulu, u issa aħna kif nistgħu niqfulu?”+ 5 Għaldaqstant, dak li kien fuq id-dar u dak li kien fuq il-belt u x-xjuħ u dawk li kienu jieħdu ħsieb it-tfal+ bagħtu jgħidu lil Ġeħu: “Aħna l-qaddejja tiegħek, u kulma tgħidilna nagħmluh. M’aħna se nagħmlu lil ħadd sultan. Agħmel dak li jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.”
6 Għal dan, bagħtilhom it-tieni ittra tgħid: “Jekk intom tiegħi,+ u se tobdu minn leħni, aqbdu ras l-irġiel, ulied+ sidkom, u ejjew għandi għada bħalissa f’Ġeżragħel.”+
Issa wlied is-sultan, sebgħin raġel, kienu maʼ l-irġiel distinti tal-belt li kienu jrabbuhom. 7 U ġara li malli waslitilhom l-ittra, huma qabdu lil ulied is-sultan u qatluhom, sebgħin raġel,+ u wara qiegħdu rjushom fil-qfief u bagħtuhomlu Ġeżragħel. 8 Imbagħad il-messaġġier+ daħal u qallu: “Ġabu l-irjus+ taʼ wlied is-sultan.” Għalhekk qallu: “Poġġuhom f’żewġt igzuz fid-daħla taʼ bieb il-belt sa fil-għodu.”+ 9 U fil-għodu ħareġ barra. Imbagħad waqaf u qal lill-poplu kollu: “Intom nies sewwa.+ Ara, jien ikkonfoffajt+ kontra sidi, u qtiltu;+ imma lil dawn kollha min qatilhom? 10 Kunu afu, mela, li xejn minn dak li jgħid Ġeħova ma jaqaʼ fl-art+ bla ma jitwettaq, minn dak li Ġeħova qal kontra dar Aħab;+ u Ġeħova għamel dak li qal permezz tal-qaddej tiegħu Elija.”+ 11 U Ġeħu baqaʼ għaddej joqtol lil kulmin kien għad fadal minn dar Aħab f’Ġeżragħel u lill-irġiel distinti tiegħu kollha+ u lil dawk li kien jaf sew u lill-qassisin tiegħu,+ sakemm ma ħallielu lil ħadd ħaj.+
12 U qam u telaq lejn is-Samarija. U fi triqtu għadda minn ħdejn id-dar tar-rgħajja fejn jintrabtu n-nagħaġ. 13 U Ġeħu ltaqaʼ maʼ ħut+ Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda. Meta qalilhom, “Min intom?” huma wiġbuh: “Aħna ħut Aħażija, u sejrin nistaqsu kif inhuma wlied is-sultan u wlied is-sultana.”* 14 Fil-pront qal: “Aqbduhom ħajjin!”+ Għalhekk, qabduhom ħajjin u qatluhom ħdejn il-ġiebja tad-dar fejn jintrabtu n-nagħaġ, tnejn u erbgħin raġel, u ma ħalliex wieħed minnhom ħaj.+
15 Hu u sejjer minn hemmhekk iltaqaʼ maʼ Ġeħonadab+ bin Rekab+ li kien ġej jiltaqaʼ miegħu. U bierku+ u qallu: “Hija qalbek retta miegħi, bħalma qalbi hi retta maʼ qalbek?”+
Għal dan, Ġeħonadab qal: “Iva.”
“Jekk inhu hekk, agħtini idek.”
Għalhekk, tah idu. U tellgħu fuq il-karru miegħu.+ 16 Imbagħad qallu: “Imxi miegħi u ara kif jien ma nittollera l-ebda rivalità+ lejn Ġeħova.” U ħallewh jirkeb miegħu fil-karru tal-gwerra. 17 Fl-aħħar waslu s-Samarija. U ħabat għal dawk kollha li kien għad fadal minn dar Aħab fis-Samarija, sakemm qeridhom għalkollox,+ skond il-kelma li Ġeħova kien qal lil Elija.+
18 Iktar minn hekk, Ġeħu ġabar lin-nies kollha flimkien u qalilhom: “Aħab, minn banda waħda, qiem lil Bagħal ftit.+ Ġeħu, mill-banda l-oħra, se jqimu ħafna. 19 Għalhekk, issa, sejħu ħdejja lill-profeti+ kollha taʼ Bagħal, dawk kollha li jqimuh+ u l-qassisin kollha tiegħu.+ Tħallu ’l ħadd barra, għax għandi sagrifiċċju kbir għal Bagħal. Min ma jkunx hawn ma jibqax ħaj.” Imma Ġeħu kien qed jaġixxi b’makakkerija,+ bl-iskop li jeqred lil kulmin kien iqim lil Bagħal.
20 U Ġeħu qal: “Iddikjaraw* assemblea solenni għal Bagħal.” Għaldaqstant iddikjarawha. 21 U Ġeħu bagħat jgħid f’Israel kollu,+ u ġew dawk kollha li jqimu lil Bagħal. U ma kienx hemm wieħed li ma ġiex. U baqgħu ġejjin fid-dar taʼ Bagħal,+ u d-dar taʼ Bagħal imtliet minn tarf sa tarf. 22 Imbagħad qal lil dak li kien jieħu ħsieb il-post fejn jinżamm l-ilbies: “Oħroġ l-ilbies għal dawk kollha li jqimu lil Bagħal.” Għalhekk, ħarġilhom il-ħwejjeġ. 23 Imbagħad Ġeħu daħal maʼ Ġeħonadab+ bin Rekab fid-dar taʼ Bagħal. U qal lill-aduraturi taʼ Bagħal: “Fittxu bir-reqqa u araw li ma jkun hawn ħadd magħkom li jqim lil Ġeħova, imma dawk biss li jqimu lil Bagħal.”+ 24 Fl-aħħar daħlu biex joffru s-sagrifiċċji u l-offerti tal-ħruq, u Ġeħu qiegħed tmenin raġel fuq barra għad-dispożizzjoni tiegħu u kompla jgħid: “Jekk jaħrab xi wieħed mill-irġiel li qed nagħtikom f’idejkom, ruħ dak li jkun tħallas għal ruħ l-ieħor.”+
25 U ġara li malli temm joffri l-offerta tal-ħruq, Ġeħu minnufih qal lill-ġerrejja u lill-ajjutanti: “Idħlu, oqtluhom! Tħallu ’l ħadd joħroġ.”+ U l-ġerrejja u l-ajjutanti+ bdew jaħbtu għalihom b’xifer is-sejf u jitfgħu l-iġsma tagħhom ’il barra, u baqgħu deħlin sal-parti li kienet tissejjaħ il-belt, fid-dar taʼ Bagħal. 26 Imbagħad ħarġu l-pilastri sagri+ tad-dar taʼ Bagħal u ħarqu+ kull wieħed minnhom. 27 Iktar minn hekk, waqqgħu l-pilastru sagru taʼ Bagħal+ u waqqgħu d-dar taʼ Bagħal,+ u għamluha latrina+ kif għadha sal-ġurnata taʼ llum.
28 B’hekk, Ġeħu qered għalkollox lil Bagħal minn Israel. 29 Madankollu, id-dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb,+ Ġeħu ma warrabx milli jsegwihom, jiġifieri, l-għoġiela tad-deheb+ li kienu wieħed f’Betel u l-ieħor f’Dan.+ 30 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Ġeħu: “Talli aġixxejt tajjeb billi għamilt dak li hu sewwa f’għajnejja,+ u għamilt mid-dar t’Aħab skond kulma kelli f’qalbi,+ uliedek joqogħdu għan-nom tiegħek fuq it-tron taʼ Israel sar-rabaʼ ġenerazzjoni.”+ 31 U Ġeħu nnifsu ma ħax ħsieb li jimxi mal-liġi taʼ Ġeħova l-Alla taʼ Israel b’qalbu kollha.+ Ma warrabx mid-dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+
32 Dak iż-żmien Ġeħova beda jaqtaʼ minn Israel biċċa art wara l-oħra; u Ħażagħel+ ħabat għalihom fit-territorju kollu taʼ Israel, 33 mill-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx, l-art kollha taʼ Gilegħad,+ tal-Gadin+ u r-Rubenin+ u l-Manassin,+ minn Għarogħer,+ li qiegħda ħdejn il-wied* taʼ l-Arnon, iva, Gilegħad u l-Basan.+
34 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħu u kulma għamel u l-atti setgħanin kollha tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 35 Fl-aħħar, Ġeħu mtedd maʼ missirijietu,+ u difnuh fis-Samarija; u ibnu Ġeħogħaħaż+ beda jsaltan minfloku. 36 U ż-żmien li Ġeħu dam isaltan fuq Israel kien tmienja u għoxrin sena fis-Samarija.