1 Kronaki
17 U ġara li, malli David beda jgħammar f’daru,+ David qal lil Natan,+ il-profeta: “Ara! Jien qed ngħammar f’dar taċ-ċedri,+ imma l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova qiegħda taħt id-drapp tat-tined.”+ 2 U Natan qal lil David: “Kulma għandek f’qalbek agħmlu,+ għax l-Alla l-veru qiegħed miegħek.”+
3 U ġara li dak il-lejl il-kelma+ t’Alla ġiet lil Natan, u qallu: 4 “Mur, u għid lil David il-qaddej tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova: “Mhux int se tibnili d-dar li ngħammar fiha.+ 5 Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil Israel sa dan il-jum,+ imma mxejt minn tinda għal tinda u minn tabernaklu+ għal ieħor.+ 6 Matul iż-żmien kollu li mxejt+ ’l hemm u ’l hawn f’Israel kollu, lissint jien kelma waħda lil xi wieħed mill-imħallfin taʼ Israel li kkmandajtu jirgħa lill-poplu tiegħi, u għedtlu, ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-ċedri?’”’+
7 “U issa hekk għidlu lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien stess ħadtek mill-mergħa, minn wara l-merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel. 8 U jien inkun miegħek kulfejn timxi,+ u neqred l-għedewwa kollha tiegħek+ minn quddiemek, u nagħmillek isem+ bħall-isem tal-kbarat li hawn fuq l-art.+ 9 U nagħti post lill-poplu tiegħi Israel u nħawwilhom hemmhekk,+ u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-inġustizzja+ ma jerġgħux jifilġuhom, sewwasew bħalma għamlu qabel,+ 10 saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-imħallfin+ biex imexxu lill-poplu tiegħi Israel. U żgur li numilja lill-għedewwa kollha tiegħek.+ U ngħidlek, ‘Anki dar* jibnilek Ġeħova.’+
11 “‘“U jrid iseħħ li, meta jagħlaqlek iż-żmien biex tmur u tkun maʼ missirijietek,+ jien inqajjem nislek warajk li jkun wieħed minn uliedek,+ u tabilħaqq nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu.+ 12 Ikun hu li jibnili dar,+ u jien nistabbilixxi fis-sod it-tron tiegħu għal żmien indefinit.+ 13 Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni;+ u l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi ma nwarrabhiex minn fuqu+ bħalma warrabtha minn fuq dak li kien hemm qablek.+ 14 U nġiegħlu jieqaf f’dari+ u f’saltnati+ għal żmien indefinit, u t-tron tiegħu+ jkun wieħed li jdum għal żmien indefinit.”’”
15 Natan kellem lil David skond dan il-kliem kollu u skond din il-viżjoni kollha.+
16 Imbagħad is-Sultan David daħal u qagħad bil-qiegħda quddiem Ġeħova+ u qallu: “Jien min jien,+ O Alla Ġeħova, u x’inhi dari+ biex wassaltni s’hawnhekk?+ 17 Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk,+ O Alla,+ int għadek kif għedtli li d-dar tal-qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-futur imbiegħed,+ u int qistni bħal wieħed li ċ-ċirkustanzi favorevoli tiegħu huma taʼ raġel imlaħħaq,+ O Alla Ġeħova. 18 U David x’jistaʼ jgħidlek iktar dwar li tonora lill-qaddej tiegħek,+ meta int stess tafu tajjeb lill-qaddej tiegħek?+ 19 O Ġeħova, minħabba l-qaddej tiegħek u skond qalbek+ int għamilt dawn l-affarijiet kbar kollha billi għarraft l-għemejjel kbar kollha li wettaqt.+ 20 O Ġeħova, m’hemm ħadd bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 21 U liema ġens ieħor fuq l-art hu bħall-poplu tiegħek Israel,+ li l-Alla l-veru fdieh biex ikun il-poplu tiegħu,+ u b’hekk tagħmel għalik innifsek isem t’għemejjel kbar+ li wettaqt u affarijiet li jqanqlu l-biżaʼ billi keċċejt ġnus+ minn quddiem il-poplu tiegħek, li int fdejt mill-Eġittu? 22 U lill-poplu tiegħek Israel għamiltu bħala l-poplu tiegħek+ għal żmien indefinit, u int O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+ 23 U issa, O Ġeħova, ħalli tibqaʼ għal żmien indefinit il-kelma li int lissint dwar il-qaddej tiegħek u dwar daru, u agħmel sewwasew bħalma għedt. 24 U ħa jibqaʼ ismek+ u jkun kbir+ għal żmien indefinit, u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-armati,+ l-Alla taʼ Israel,+ hu Alla għal Israel,’+ u ħa tkun id-dar tal-qaddej tiegħek David waħda dejjiema quddiemek.+ 25 Għax int, Alla tiegħi, irrivelajt lill-qaddej tiegħek l-iskop tiegħek biex tibnilu dar.+ Huwa għalhekk li l-qaddej tiegħek jistaʼ jitlob quddiemek. 26 U issa, O Ġeħova, int l-Alla l-veru,+ u twiegħed din it-tjubija dwar il-qaddej tiegħek.+ 27 U issa, jekk jogħġbok, bierek id-dar tal-qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Ġeħova, beriktha, u hi mbierka għal żmien indefinit.”+