1 Kronaki
19 U ġara li mbagħad miet Naħas,+ is-sultan taʼ wlied Għammon, u ibnu beda jsaltan minfloku.+ 2 U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-imħabba+ maʼ Ħanun, bin Naħas, għaliex missieru wera qalb tajba bl-imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David bagħat messaġġiera biex ifarrġu minħabba missieru, u l-qaddejja taʼ David daħlu fl-art taʼ wlied Għammon+ għand Ħanun biex ifarrġuh. 3 Madankollu, il-prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-art u biex jegħlibha u jitkixxef dwarha+ li l-qaddejja tiegħu ġew għandek?”+ 4 Għalhekk, Ħanun qabad il-qaddejja taʼ David+ u qaxxrilhom id-daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-nofs sal-warrani+ u bagħathom.+ 5 Iktar tard, xi nies marru u qalu lil David dwar l-irġiel; u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-irġiel bdew iħossuhom umiljati ħafna; u s-sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-daqna. Imbagħad erġgħu lura.”
6 U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u Ħanun+ u wlied Għammon bagħtu elf talent fidda+ biex jikru karrijiet+ u rikkieba taż-żwiemel mill-Mesopotamja, minn Aram-magħka,+ u minn Soba.+ 7 B’hekk, krew tnejn u tletin elf karru+ u lis-sultan taʼ Magħka u lill-poplu tiegħu.+ Imbagħad daħlu u kkampjaw quddiem Medeba;+ u wlied Għammon inġabru flimkien mill-bliet tagħhom u ġew għall-gwerra.
8 Meta David semaʼ b’dan, minnufih bagħat lil Ġowab+ u l-armata kollha u l-irġiel setgħanin.+ 9 U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-battalja fid-daħla tal-belt, u s-slaten+ li kienu ġew kienu għalihom waħedhom fil-kampanja.
10 Meta Ġowab ra li l-attakki tal-battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-aqwa rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu mas-Sirjani.+ 11 U l-bqija tal-poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikunu jistgħu jitqassmu għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 12 U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-Sirjani+ jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-salvazzjoni tiegħi;+ imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, jien insalvak.+ 13 Agħmel il-ħila,+ sabiex nuru li aħna kuraġġużi għan-nom tal-poplu tagħna u għan-nom tal-bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+
14 Imbagħad Ġowab u n-nies li kienu miegħu resqu għall-battalja quddiem is-Sirjani,+ u dawn ħarbu+ minn quddiemu. 15 U wlied Għammon raw li s-Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu+ huma wkoll minn quddiem ħuh Abisaj, u mbagħad irtiraw fil-belt.+ Iktar tard Ġowab daħal Ġerusalemm.
16 Meta s-Sirjani raw li kienu ġew megħlubin+ minn Israel, bagħtu xi messaġġiera u ħarġu lis-Sirjani li kienu fir-reġjun tax-Xmara,*+ u Sofak,* il-kap taʼ l-armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom.
17 Meta lil David waslitlu l-aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu flimkien u qasam il-Ġordan u wasal ħdejhom u tqassmu għall-battalja kontrihom.+ Meta David qassam lill-gwerriera tiegħu għall-battalja kontra s-Sirjani, dawn bdew jiġġieldu kontrih. 18 Imma s-Sirjani ħarbu+ minħabba Israel; u David qatel mis-Sirjani sebat elef sewwieq tal-karrijiet u erbgħin elf raġel bil-mixi, u qatel lil Sofak, il-kap taʼ l-armata.+ 19 Meta l-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-ewwel għamlu paċi maʼ David u bdew jaqduh;+ u s-Sirja ma riditx iktar tipprova ssalva lil ulied Għammon.+