2 Samwel
10 U ġara li mbagħad is-sultan taʼ wlied Għammon+ miet, u ibnu Ħanun beda jsaltan minfloku.+ 2 U David qal: “Jien se nuri qalb tajba bl-imħabba maʼ Ħanun, bin Naħas, bħalma missieru wera qalb tajba bl-imħabba miegħi.”+ Għaldaqstant, David, permezz tal-qaddejja tiegħu,+ bagħat ifarrġu minħabba missieru, u l-qaddejja taʼ David daħlu fl-art taʼ wlied Għammon. 3 Madankollu, il-prinċpijiet taʼ wlied Għammon qalu lil sidhom Ħanun: “Taħseb int li David biex jonora lil missierek bagħatlek il-farraġa? Mhux biex jara x’fiha l-belt u jitkixxef+ dwarha u jegħlibha li David bagħatlek il-qaddejja tiegħu?”+ 4 Għalhekk, Ħanun qabad il-qaddejja taʼ David u qaxxrilhom nofs id-daqna+ u qattgħalhom ilbieshom min-nofs sal-warrani u bagħathom.+ 5 Iktar tard, xi nies taw din l-aħbar lil David, u dan minnufih bagħat biex jiltaqaʼ magħhom, għaliex l-irġiel bdew iħossuhom umiljati għall-aħħar; u s-sultan issokta jgħid: “Għammru f’Ġeriko+ sakemm tikbrilkom sew id-daqna. Imbagħad erġgħu lura.”
6 U wlied Għammon raw li kienu saru mibgħudin+ minn David, u wlied Għammon bagħtu jikru xi Sirjani taʼ Bet-reħob+ u Sirjani taʼ Soba,+ għoxrin elf raġel bil-mixi, u s-sultan taʼ Magħka,+ b’elf raġel miegħu, u Istob, bi tnax-il elf raġel miegħu. 7 Meta David semaʼ b’dan, bagħat lil Ġowab u l-armata kollha u l-irġiel setgħanin.+ 8 U wlied Għammon bdew joħorġu u jitqassmu għall-battalja fid-daħla tal-bieb, kif ukoll is-Sirjani taʼ Soba u taʼ Reħob,+ u Istob u Magħka għalihom waħedhom fil-kampanja.+
9 Meta Ġowab ra li l-attakki tal-battalja ġew kontrih minn quddiem u minn wara, hu minnufih għażel xi wħud mill-aqwa+ rġiel kollha taʼ Israel u qassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu mas-Sirjani. 10 U l-bqija tal-poplu ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj,+ sabiex ikun jistaʼ jqassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ wlied Għammon.+ 11 U hu ssokta jgħidlu: “Jekk is-Sirjani jkunu b’saħħithom wisq għalija, int tkun is-salvazzjoni tiegħi; imma jekk ulied Għammon ikunu b’saħħithom wisq għalik, niġi jien insalvak.+ 12 Agħmel il-ħila, sabiex nuru li aħna kuraġġużi+ għan-nom tal-poplu tagħna u għan-nom tal-bliet t’Alla tagħna;+ imbagħad Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”+
13 Imbagħad Ġowab u n-nies li kienu miegħu resqu għall-battalja kontra s-Sirjani, u dawn ħarbu minn quddiemu.+ 14 U wlied Għammon raw li s-Sirjani kienu ħarbu, u ħarbu huma wkoll minn quddiem Abisaj, u b’hekk irtiraw fil-belt.+ Imbagħad Ġowab reġaʼ lura minn ħdejn ulied Għammon u wasal Ġerusalemm.+
15 Meta s-Sirjani raw li kienu ġew megħlubin minn Israel, inġemgħu flimkien. 16 Għalhekk, Ħadadgħeżer+ bagħat u ħareġ lis-Sirjani li kienu fir-reġjun tax-Xmara;*+ u mbagħad waslu Ħelam, u Sobak,+ il-kap taʼ l-armata taʼ Ħadadgħeżer, kien quddiemhom.
17 Meta lil David waslitlu l-aħbar, hu minnufih ġabar lil Israel kollu u qasam il-Ġordan u wasal Ħelam. Is-Sirjani issa tqassmu għall-battalja biex jiltaqgħu maʼ David u bdew jiġġieldu kontrih.+ 18 U s-Sirjani ħarbu+ minn quddiem Israel; u David qatel mis-Sirjani sebaʼ mitt sewwieq tal-karrijiet+ u erbgħin elf rikkieb taż-żwiemel, u lil Sobak, il-kap taʼ l-armata tagħhom, ħabat għalih, u b’hekk dan miet hemmhekk.+ 19 Meta s-slaten kollha,+ il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer, raw li ġew megħlubin minn Israel,+ huma mill-ewwel għamlu paċi maʼ Israel u bdew jaqduhom;+ u s-Sirjani beżgħu u ma baqgħux iktar jipprovaw isalvaw lil ulied Għammon.+