2 Kronaki
23 U fis-sebaʼ sena Ġeħojada+ għamel il-kuraġġ u ħa l-kapijiet tal-mijiet,+ jiġifieri, lil Għażarija, bin Ġeroħam, lil Ismagħel, bin Ġeħoħanan, lil Għażarija, bin Għobed, lil Magħseja, bin Għadaja, u lil Elisafat, bin Żikri, u għamel patt magħhom. 2 Imbagħad marru jduru maʼ Ġuda kollu u ġabru flimkien il-Leviti+ mill-bliet kollha taʼ Ġuda u l-kapijiet+ tal-familji taʼ Israel, min-naħa tal-missier.+ Għalhekk, waslu Ġerusalemm. 3 U l-kongregazzjoni kollha għamlet patt+ mas-sultan fid-dar+ taʼ l-Alla l-veru, u mbagħad hu qalilhom:
“Ara! Bin+ is-sultan se jsaltan,+ bħalma wiegħed Ġeħova dwar ulied David.+ 4 Hekk agħmlu: terz minnkom li jidħlu f’jum is-Sabat,+ mill-qassisin+ u mil-Leviti,+ ikunu għassiesa mal-bibien;+ 5 u terz joqogħdu ħdejn id-dar tas-sultan;+ u terz joqogħdu f’Bieb il-Pedament;+ u n-nies kollha jkunu fil-btieħi+ tad-dar taʼ Ġeħova. 6 U tħallu lil ħadd jidħol fid-dar taʼ Ġeħova+ ħlief il-qassisin u dawk il-Leviti li jkunu qed jaqdu.+ Dawn jidħlu, għaliex huma grupp qaddis,+ u n-nies kollha jħarsu l-obbligu li għandhom lejn Ġeħova. 7 U l-Leviti joqogħdu dawramejt mas-sultan,+ kull wieħed bl-armi tiegħu f’idejh; u kulmin jidħol fid-dar, għandu jinqatel. U ibqgħu mas-sultan meta jidħol u meta joħroġ.”
8 U l-Leviti u Ġuda kollu għamlu skond kulma kien ordnalhom+ il-qassis Ġeħojada.+ Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-Sabat+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-Sabat, għax il-qassis Ġeħojada ma kienx stabbilixxa t-taqsimiet+ li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn. 9 Barra minn hekk, il-qassis Ġeħojada ta lill-kapijiet tal-mijiet+ il-lanez, it-tarki, u t-tarki tondi,+ li kienu tas-Sultan David+ u li kienu fid-dar taʼ l-Alla l-veru.+ 10 U qiegħed lin-nies kollha,+ kull wieħed bil-vleġġa tiegħu f’idu, min-naħa tal-lemin tad-dar san-naħa tax-xellug tad-dar, ħdejn l-artal u ħdejn id-dar, dawramejt mas-sultan. 11 Imbagħad ħarġu lil bin is-sultan+ u qiegħdu fuqu d-dijadema+ u t-Testimonjanza+ u għamluh sultan, u għalhekk Ġeħojada u wliedu dilkuh+ u qalu: “Ħa jgħix is-sultan!”+
12 Meta Għatalija semgħet il-ħoss tan-nies jiġru u jfaħħru lis-sultan,+ fil-pront marret ħdejn in-nies fid-dar taʼ Ġeħova. 13 Imbagħad ħarset, u kien hemm is-sultan wieqaf ħdejn il-kolonna tiegħu+ fid-daħla, u l-prinċpijiet+ u dawk li jdoqqu t-trumbetti+ kienu ħdejn is-sultan, u n-nies kollha tal-pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu+ t-trumbetti, u l-għannejja+ bl-istrumenti li jakkumpanjaw il-kant u dawk li jmexxu l-kant taʼ tifħir kienu qed jifirħu wkoll. Minnufih Għatalija ċarrtet ħwejjiġha u qalet: “Konfoffa! Konfoffa!”+ 14 Imma l-qassis Ġeħojada ħareġ lill-kapijiet tal-mijiet, il-maħturin minn fost il-qawwa militari, u qalilhom: “Oħorġuha minn bejn ir-ringieli;+ u kulmin imur warajha ħa jingħata l-mewt bis-sejf!” Għax il-qassis kien qalilhom: “Tagħtuhiex il-mewt fid-dar taʼ Ġeħova.” 15 Għalhekk, meddew idejhom fuqha. Meta waslet ħdejn id-daħla taʼ bieb iż-żwiemel taʼ dar is-sultan, minnufih qatluha hemmhekk.+
16 Imbagħad Ġeħojada għamel patt bejnu u bejn in-nies kollha u bejn is-sultan, li huma kienu se jkomplu jkunu l-poplu+ taʼ Ġeħova. 17 Wara dan, in-nies kollha daħlu fid-dar taʼ Bagħal u ġarrfuha;+ u l-artali tiegħu+ u x-xbihat tiegħu kissruhom,+ u lil Mattan,+ il-qassis taʼ Bagħal, qatluh+ quddiem l-artali. 18 Barra minn hekk, Ġeħojada ħalla l-karigi tad-dar taʼ Ġeħova f’idejn il-qassisin u l-Leviti, li David+ kien qassamhom f’taqsimiet fuq id-dar taʼ Ġeħova biex joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova skond dak li hemm miktub fil-liġi taʼ Mosè,+ b’hena u kant skond id-direzzjoni taʼ David. 19 Għalhekk, qiegħed l-għassiesa tal-bibien+ ħdejn il-bibien+ tad-dar taʼ Ġeħova sabiex ma jidħol ħadd li ma jkunx nadif f’xi aspett jew ieħor. 20 Hu issa ħa lill-kapijiet tal-mijiet+ u lill-kbarat u lil dawk li jaħkmu fuq in-nies u lin-nies kollha tal-pajjiż u niżżel lis-sultan mid-dar taʼ Ġeħova.+ Imbagħad għaddew mill-bieb taʼ fuq għad-dar tas-sultan u qiegħdu lis-sultan fuq it-tron+ tas-saltna. 21 U n-nies kollha tal-pajjiż komplew jifirħu;+ u l-belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-sejf.+