2 Kronaki
22 Imbagħad l-abitanti taʼ Ġerusalemm għamlu lil ibnu ż-żgħir Aħażija*+ sultan minfloku, (għax il-qatgħa ħallelin li ġew maʼ l-Għarab+ fil-kamp kienu qatlu lix-xjuħ kollha,)+ u Aħażija, bin Ġeħoram, beda jsaltan bħala sultan taʼ Ġuda. 2 Tnejn u għoxrin sena kellu Aħażija meta beda jsaltan,+ u dam isaltan sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Għatalija+ li nannuha kien Għomri.+
3 Dan ukoll mexa fit-triqat taʼ dar Aħab,+ għax ommu+ stess kienet dik li tatu l-pariri biex jagħmel il-ħażin. 4 U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, l-istess bħal dar Aħab, għax dawn stess tawh il-pariri+ wara li miet missieru, għar-rovina tiegħu. 5 Hu mexa wkoll skond il-pariri tagħhom,+ u b’hekk mar maʼ Ġeħoram,+ bin Aħab, is-sultan taʼ Israel, għall-gwerra kontra Ħażagħel,+ is-sultan tas-Sirja, f’Ramot-gilegħad,+ li fiha dawk li jisparaw il-qaws laqtu lil Ġeħoram.+ 6 Għalhekk, dan reġaʼ lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-feriti li kienu għamlulu f’Rama+ meta ġġieled kontra Ħażagħel, is-sultan tas-Sirja.
U Għażarija,*+ bin Ġeħoram,+ is-sultan taʼ Ġuda, niżel jara lil Ġeħoram,+ bin Aħab, f’Ġeżragħel, għax kien marid.+ 7 Imma kien minn Alla+ li seħħet il-waqgħa+ t’Aħażija talli mar għand Ġeħoram; u meta mar, ħareġ+ maʼ Ġeħoram għal għand Ġeħu,+ li nannuh kien Nimsi,+ li Ġeħova kien dilku+ biex jeqred lil dar Aħab.+ 8 U ġara li, malli Ġeħu daħal f’kontroversja maʼ dar Aħab,+ sab il-prinċpijiet taʼ Ġuda u wlied ħut Aħażija,+ ministri t’Aħażija, u qatilhom.+ 9 Imbagħad mar ifittex lil Aħażija, u fl-aħħar qabduh,+ għax kien mistoħbi fis-Samarija,+ u ħaduh għand Ġeħu. Imbagħad tawh il-mewt u difnuh,+ għax qalu: “Nannuh hu Ġeħosafat,+ li fittex lil Ġeħova b’qalbu kollha.”+ U ma kien hemm ħadd minn dar Aħab li kellu l-qawwa li jżomm is-saltna.
10 U Għatalija,+ omm Aħażija, rat li binha kien miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-nisel irjali kollu taʼ dar Ġuda.+ 11 Madankollu, Ġeħosabegħat,+ bint is-sultan, ħadet lil Ġeħogħas,+ bin Aħażija, u serqitu minn fost ulied is-sultan li kienu se jingħataw il-mewt, u daħħlet lilu u lil dik li kienet treddgħu fil-kamra tas-sodda taʼ ġewwa. U Ġeħosabegħat, bint is-Sultan Ġeħoram,+ mart il-qassis Ġeħojada,+ (għax hi stess kienet oħt Aħażija,) żammitu moħbi minħabba Għatalija, u ma qatlitux.+ 12 U baqaʼ magħhom fid-dar taʼ l-Alla l-veru, moħbi għal sitt snin,+ waqt li Għatalija kienet qed issaltan+ fuq il-pajjiż.+