2 Kronaki
21 Fl-aħħar, Ġeħosafat imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu+ fil-Belt taʼ David; u ibnu Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku. 2 U ħutu, ulied Ġeħosafat, kienu: Għażarija, Ġeħijel, Żakkarija, Għażarija, Mikiel, u Sefatija, u dawn kollha kienu wlied Ġeħosafat, is-sultan taʼ Israel. 3 Għaldaqstant, missierhom tahom ħafna rigali+ taʼ fidda u deheb u affarijiet mill-aqwa flimkien maʼ bliet fortifikati f’Ġuda;+ imma s-saltna taha lil Ġeħoram,+ għax kien l-ewwel imwieled.+
4 Meta Ġeħoram ħa s-saltna taʼ missieru saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu billi qatel lil ħutu+ kollha bis-sejf kif ukoll lil xi wħud mill-prinċpijiet taʼ Israel. 5 Tnejn u tletin sena kellu Ġeħoram meta beda jsaltan, u dam isaltan+ tmien snin f’Ġerusalemm. 6 U mexa fit-triq tas-slaten taʼ Israel,+ bħalma kienu għamlu dawk taʼ dar Aħab; għax bint Aħab kienet saret martu,+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 7 U Ġeħova ma riedx jeqred lid-dar taʼ David,+ minħabba l-patt+ li kien għamel maʼ David, sewwasew bħalma kien qal li kellu jagħti lilu+ u lil uliedu musbieħ għal dejjem.+
8 Fi żmienu, l-Edomin+ irvellaw minn taħt idejn Ġuda+ u mbagħad għamlu sultan biex isaltan fuqhom.+ 9 Għalhekk, Ġeħoram, flimkien mal-kapijiet tiegħu, mar bil-karrijiet kollha miegħu. U ġara li bil-lejl qam u mar jaħbat għall-Edomin li kienu dawru lilu kif ukoll lill-kapijiet tal-karrijiet. 10 Imma Edom baqaʼ jirvella minn taħt idejn Ġuda sa dan il-jum. Kien f’dak iż-żmien li Libna+ bdiet tirvella fl-istess ħin minn taħt idejh, għaliex hu kien telaq lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietu.+ 11 Hu stess kien għamel postijiet għall-qima*+ fuq il-muntanji taʼ Ġuda, sabiex iġiegħel lill-abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom relazzjoni immorali,+ u sabiex ikeċċi lil Ġuda.+
12 Imbagħad waslitlu kitba+ mingħand il-profeta Elija,+ li tgħid: “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ David, missierek tal-qedem, ‘Talli ma mxejtx fit-triqat taʼ Ġeħosafat,+ missierek, jew fit-triqat t’Asa,+ is-sultan taʼ Ġuda, 13 imma qed timxi fit-triq tas-slaten taʼ Israel+ u ġġiegħel lil Ġuda u lill-abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom relazzjoni immorali+ bl-istess mod kif dar Aħab ġiegħlet lil oħrajn ikollhom relazzjoni immorali,+ u talli qtilt+ saħansitra lil ħutek stess, dawk taʼ dar missierek, li kienu aħjar minnek; 14 ara, Ġeħova se jolqot bil-kbir+ lill-poplu tiegħek,+ lil uliedek,+ lin-nisa tiegħek, u lil kulma għandek. 15 U jkollok ħafna mard,+ u jimirdulek imsarnek, sakemm imsarnek joħorġulek barra minħabba l-marda jum wara l-ieħor.’”+
16 Għaldaqstant, Ġeħova qajjem kontra Ġeħoram l-ispirtu+ tal-Filistin+ u taʼ l-Għarab+ li kienu man-naħa taʼ l-Etjopjani.+ 17 Għalhekk, dawn telgħu għal Ġuda u daħlu fih bil-forza u ħatfu taħt idejhom il-ġid kollu li sabu fid-dar+ tas-sultan kif ukoll lil uliedu u lin-nisa tiegħu,+ u ma kien baqagħlu ebda iben ħlief lil Ġeħogħaħaż,+ ibnu ż-żgħir. 18 U wara dan kollu Ġeħova kkastigah b’marda fi msarnu li ma kienx hemm fejqan għaliha.+ 19 U ġara li jum wara l-ieħor, meta kienu għaddew sentejn sħaħ, imsarnu+ ħarġulu barra matul il-marda tiegħu, u miet bil-mod il-mod ibati b’dan il-mard ikrah tiegħu; u l-poplu tiegħu m’għamillux ħuġġieġa+ bħalma għamel għal missirijietu. 20 Tnejn u tletin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan tmien snin f’Ġerusalemm. Fl-aħħar telaq bla ma ħadd għela għalih.+ Għalhekk, difnuh fil-Belt taʼ David,+ imma mhux fil-post fejn jindifnu s-slaten.+