Esdra
10 Issa malli Esdra talab+ u stqarr il-ħtijiet+ waqt li kien qed jibki u kien mixħut għal tulu+ quddiem id-dar+ taʼ l-Alla l-veru, inġabru madwaru għadd taʼ Israelin, kongregazzjoni kbira ħafna, irġiel, nisa, u tfal, għax in-nies kienu bkew biki kbir. 2 Imbagħad Sekanija, bin Ġeħijel,+ minn ulied Għelam+ wieġeb u qal lil Esdra: “Aħna—aħna aġixxejna b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Alla tagħna, u b’hekk ilqajna għandna nisa barranin min-nies tal-pajjiż.+ Iżda għad hemm tama+ għal Israel dwar dan. 3 U issa ejja nagħmlu patt+ m’Alla tagħna biex inkeċċu+ lil dawn in-nisa kollha u lil dawk li twieldu minnhom skond id-direzzjoni taʼ Ġeħova u taʼ dawk li jitriegħdu+ għall-kmandament+ t’Alla tagħna, biex kollox isir skond il-liġi.+ 4 Qum, għax hu d-dmir tiegħek li tagħmel xi ħaġa dwar il-kwistjoni, u aħna qegħdin miegħek. Agħmel il-ħila u aġixxi.”
5 U Esdra qam u ġiegħel lill-kapijiet tal-qassisin, lil-Leviti, u lil Israel kollu jieħdu ġurament+ li jagħmlu skond din il-kelma. U dawn ħadu ġurament. 6 Esdra issa qam minn quddiem id-dar taʼ l-Alla l-veru u mar fis-sala+ taʼ l-ikel taʼ Ġeħoħanan, bin Eljasib. Għalkemm mar hemmhekk, la kiel ħobż+ u lanqas xorob ilma, għax kien imnikket+ minħabba l-infedeltà tal-poplu eżiljat.
7 Imbagħad saret sejħa f’Ġuda u f’Ġerusalemm biex dawk kollha li qabel kienu eżiljati+ jinġabru flimkien f’Ġerusalemm; 8 u kulmin ma ġiex+ sa tlett ijiem skond il-parir tal-prinċpijiet+ u tax-xjuħ—ġidu kollu kellu jiġi konfiskat+ u hu jiġi mifrud+ mill-kongregazzjoni tal-poplu eżiljat. 9 Għalhekk, l-irġiel kollha taʼ Ġuda u Benjamin inġabru flimkien f’Ġerusalemm fi żmien tlett ijiem, jiġifieri, fid-disaʼ+ xahar, fl-għoxrin tax-xahar, u n-nies kollha baqgħu bil-qiegħda fil-bitħa tad-dar taʼ l-Alla l-veru, jirtogħdu minħabba l-kwistjoni u minħabba l-ħalbiet tax-xita.+
10 U Esdra l-qassis qam u qalilhom: “Intom aġixxejtu b’nuqqas taʼ fedeltà billi lqajtu għandkom nisa barranin+ u hekk żidtu mal-ħtija taʼ Israel.+ 11 U issa stqarru ħtijietkom+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, u agħmlu dak li jogħġob lilu+ u nfirdu min-nies tal-pajjiż u min-nisa barranin.”+ 12 Għal dan, il-kongregazzjoni kollha wieġbet u qalet b’leħen għoli: “Hu d-dmir tagħna li nagħmlu eżatt skond kelmtek.+ 13 Madankollu, in-nies huma ħafna u qegħdin fl-istaġun tal-ħalbiet tax-xita, u m’huwiex possibbli li noqogħdu barra; u dan ix-xogħol mhux se jieħu ġurnata jew tnejn, għax aħna rribellajna bil-kbir f’din il-kwistjoni. 14 Mela, jekk jogħġbok, ħa jirrappreżentaw il-prinċpijiet+ tagħna lill-kongregazzjoni kollha; u dawk kollha fil-bliet tagħna li laqgħu għandhom nisa barranin, ħa jiġu fiż-żmien stabbilit u magħhom jiġu wkoll ix-xjuħ taʼ kull belt individwali u l-imħallfin tagħha, sakemm inkunu dawwarna lura minn fuqna r-rabja taħraq t’Alla tagħna, minħabba din il-kwistjoni.”
15 (Madankollu, Ġonatan, bin Għasael, u Ġaħżeja, bin Tikwa, ma qablux+ maʼ dan, u Mesullam u Sabbetaj,+ il-Leviti, kienu dawk li għenuhom.) 16 U dawk li qabel kienu eżiljati+ għamlu hekk; u Esdra l-qassis u l-irġiel li kienu l-kapijiet tal-missirijiet għall-familja tagħhom min-naħa tal-missier,+ ilkoll imsemmijin b’isimhom, issa nfirdu u qagħdu bil-qiegħda fl-ewwel jum taʼ l-għaxar xahar+ biex jistħarrġu l-kwistjoni;+ 17 u bil-mod il-mod sa l-ewwel jum taʼ l-ewwel xahar temmew l-istħarriġ dwar l-irġiel kollha li kienu laqgħu għandhom lin-nisa barranin.+ 18 U nstab li xi wħud minn ulied il-qassisin+ kienu laqgħu għandhom nisa barranin; minn ulied Ġeswa,+ bin Ġeħosadak,+ u ħutu kien hemm Magħseja, Eligħeżer, Ġarib, u Gedalija. 19 Imma dawn wiegħdu, billi ħadu b’idejn xulxin, li jkeċċu lin-nisa tagħhom, u li, peress li kienu ħatjin,+ kellu jkun hemm muntun+ mill-merħla għall-ħtija tagħhom.
20 U minn ulied Immer+ kien hemm Ħanani u Żebadija; 21 u minn ulied Ħarim+ kien hemm Magħseja, Elija, Semajja, Ġeħijel, u Użżija; 22 u minn ulied Pasħur+ kien hemm Eljogħenaj, Magħseja, Ismagħel, Netanel, Ġożabad, u Elegħasa. 23 U mil-Leviti kien hemm Ġożabad, Simgħi, Kelaja (jiġifieri, Kelita), Petaħija, Ġuda, u Eligħeżer; 24 u mill-għannejja, Eljasib; u mill-għassiesa tal-bibien, Sallum, Telem, u Uri.
25 U minn Israel, minn ulied Pargħos+ kien hemm Ramija, Iżżija, Malkija, Mijamin, Elegħażar, Malkija, u Benaja; 26 minn ulied Għelam+ kien hemm Mattanija, Żakkarija, Ġeħijel,+ Għabdi, Ġeremot, u Elija; 27 minn ulied Żattu+ kien hemm Eljogħenaj, Eljasib, Mattanija, Ġeremot, Żabad, u Għażiża; 28 u minn ulied Bebaj+ kien hemm Ġeħoħanan, Ħananija, Żabbaj, u Għatlaj; 29 u minn ulied Bani kien hemm Mesullam, Malluk, Għadaja, Ġasub, Sijal, u Ġeremot; 30 u minn ulied Paħat-mowab+ kien hemm Għadna, Kelal, Benaja, Magħseja, Mattanija, Besalel, Binnuwi, u Manasse; 31 u minn ulied Ħarim+ kien hemm Eligħeżer, Issijah, Malkija,+ Semajja, Simjon, 32 Benjamin, Malluk, u Semarija; 33 minn ulied Ħasum+ kien hemm Mattenaj, Mattatta, Żabad, Elifelet, Ġeremaj, Manasse, u Simgħi; 34 minn ulied Bani kien hemm Magħdaj, Għamram, Uwel, 35 Benaja, Bedija, Keluħi, 36 Wanija, Meremot, Eljasib, 37 Mattanija, Mattenaj, u Ġagħsu; 38 u minn ulied Binnuwi kien hemm Simgħi, 39 Selemija, Natan, Għadaja, 40 Maknadbaj, Sasaj, Saraj, 41 Għażarel, Selemija, Semarija, 42 Sallum, Amarija, u Ġużeppi; 43 minn ulied Nebo kien hemm Ġegħijel, Mattitija, Żabad, Żebina, Ġaddaj, Ġoel, u Benaja. 44 Dawn kollha kienu aċċettaw nisa barranin,+ imma lil dawn in-nisa keċċewhom bit-tfal b’kollox.