Esdra
9 U malli ntemm dan kollu, resqu lejja l-prinċpijiet+ u qaluli: “Il-poplu taʼ Israel u l-qassisin u l-Leviti ma nfirdux+ min-nies tal-pajjiżi rigward l-affarijiet mistkerrhin tagħhom,+ jiġifieri, il-Kangħanin,+ il-Ħittin,+ il-Pereżin,+ il-Ġebusin,+ l-Għammonin,+ il-Mowabin,+ l-Eġizzjani,+ u l-Amurrin.+ 2 Għax aċċettaw lil xi wħud mill-bniet tagħhom għalihom infushom u għal uliedhom subien;+ u huma, in-nisel qaddis,+ tħalltu+ man-nies tal-pajjiżi, u id il-prinċpijiet u l-ħakkiema deputati kienet minn taʼ quddiemnett+ f’din l-infedeltà.”
3 Issa malli smajt dwar dan, ċarratt ħwejġi,+ u bdejt inqattaʼ x-xagħar taʼ rasi+ u tad-daqna tiegħi, u qgħadt bil-qiegħda ssummat.+ 4 U ħdejja nġemgħu dawk kollha li triegħdu+ minħabba l-kliem taʼ l-Alla taʼ Israel kontra l-infedeltà tal-poplu eżiljat, waqt li kont bil-qiegħda ssummat sa ħin l-offerta tal-qmuħ taʼ fil-għaxija.+
5 U f’ħin l-offerta tal-qmuħ+ taʼ fil-għaxija qomt mill-umiljazzjoni tiegħi, bi ħwejġi mċarrtin, u nżilt għarkopptejja+ u ftaħt idejja lejn Ġeħova Alla tiegħi.+ 6 U għedtlu:+ “O Alla tiegħi, kemm qed nistħi+ u nħossni imbarazzat+ biex ngħolli wiċċi lejk, O Alla tiegħi, għax l-iżbalji+ tagħna kotru sa fuq rasna u l-ħtija tagħna kibret u għoliet saħansitra sas-smewwiet.+ 7 Minn żmien missirijietna+ sa dan il-jum ilna fi ħtija kbira;+ u minħabba l-iżbalji tagħna, aħna, is-slaten+ tagħna, u l-qassisin+ tagħna, ngħatajna f’id is-slaten tal-pajjiżi li darbuna bix-xabla,+ ħaduna fil-jasar+ u serqulna ġidna+ u ħammrulna wiċċna,+ bħal f’dan il-jum. 8 U issa, għal mument, intwerejna l-ħniena+ minn Ġeħova Alla tagħna billi ħallielna lil dawk li jaħarbu+ u billi tana pożizzjoni soda* fil-post qaddis tiegħu, biex idawwal lil għajnejna,+ O Alla tagħna, u biex iħallina nerġgħu nieħdu ftit tar-ruħ fil-jasar tagħna.+ 9 Għax aħna qaddejja;+ u Alla tagħna ma telaqniex fil-jasar tagħna,+ imma jurina qalb tajba bl-imħabba quddiem is-slaten tal-Persja,+ biex iħallina nerġgħu nieħdu r-ruħ ħalli ntellgħu d-dar t’Alla+ tagħna u nibnu mill-ġdid il-postijiet tagħha li tħallew ħerba+ u b’dan inkunu f’Ġuda u f’Ġerusalemm bħallikieku wara ħajt tal-ġebel.+
10 “U issa x’se ngħidu, O Alla tagħna, wara dan kollu? Għax aħna tlaqna l-kmandamenti tiegħek,+ 11 li kkmandajtna permezz tal-qaddejja tiegħek il-profeti, u int għedtilna, ‘L-art li se tidħlu fiha biex tiħduha hija art imniġġsa minħabba n-nuqqas taʼ safa tan-nies tal-pajjiżi,+ minħabba l-affarijiet mistkerrha+ li mlewha bihom minn tarf sa tarf+ bin-nuqqas taʼ ndafa tagħhom.+ 12 U issa tagħtux il-bniet tagħkom lil uliedhom subien,+ u lanqas m’għandkom taċċettaw il-bniet tagħhom għal uliedkom subien; u qatt iżjed m’għandkom taħdmu biex ikollhom is-sliem+ u l-ġid, sabiex tissaħħu+ u tkunu ċerti li tieklu l-ġid taʼ l-art u tassew tiħduha għal uliedkom għal żmien indefinit.’+ 13 U wara dak kollu li ġie fuqna minħabba l-għemejjel+ ħżiena tagħna u l-ħtija kbira tagħna—għax int, O Alla tagħna, ikkunsidrajt l-iżball+ tagħna inqas milli kien, u tajtna lil dawk li nħelsu, bħalma huma dawn+— 14 se nerġgħu aħna niksru l-kmandamenti tiegħek u nitħalltu b’rabtiet taż-żwieġ+ mal-popli li jagħmlu dawn l-affarijiet mistkerrha?+ M’huwiex l-għadab tiegħek se jixgħel bil-kbir+ kontrina, u b’hekk ħadd ma jibqaʼ+ u ħadd ma jeħlisha? 15 O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, int ġust,+ għaliex għad fadal aħna bħala poplu meħlus bħalma aħna llum. Hawn ninsabu quddiemek fil-ħtija tagħna,+ għalkemm hu impossibbli li nieqfu quddiemek minħabba dan.”+