Esdra
3 Meta wasal is-sebaʼ+ xahar ulied Israel kienu fi bliethom. U n-nies bdew jinġabru bħal bniedem wieħed+ f’Ġerusalemm.+ 2 U Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u ħutu l-qassisin u Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u ħutu qamu u bdew jibnu l-artal taʼ l-Alla taʼ Israel biex joffru fuqu sagrifiċċji tal-ħruq skond kif hemm miktub+ fil-liġi taʼ Mosè, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru.
3 Għalhekk, waqqfu l-artal fil-post+ fejn kien qabel, għax waqaʼ biżaʼ fuqhom minħabba n-nies tal-pajjiżi+ l-oħrajn, u bdew joffru fuqu sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova, is-sagrifiċċji tal-ħruq taʼ fil-għodu u taʼ fil-għaxija.+ 4 Imbagħad iċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex,+ skond kif hemm miktub,+ bis-sagrifiċċji tal-ħruq jum wara l-ieħor bl-għadd skond ir-regola taʼ x’kellu jsir kull ġurnata.+ 5 Wara kien hemm l-offerta tal-ħruq+ li ssir regolarment u l-offerta għal kull qamar+ ġdid u għall-istaġuni tal-festi+ mqaddsin kollha taʼ Ġeħova u għal kulmin offra minn rajh offerta volontarja+ lil Ġeħova. 6 Mill-ewwel jum tas-sebaʼ xahar+ ’il quddiem bdew joffru sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova, meta lanqas biss kien għadu tqiegħed il-pedament tat-tempju taʼ Ġeħova.
7 U taw il-flus+ lil dawk li jaqtgħu l-ġebel+ u lin-nies tas-sengħa,+ u affarijiet taʼ l-ikel,+ xorb, u żejt+ lis-Sidonin+ u lit-Tirin,+ biex iġibu l-injam taċ-ċedru mil-Libanu+ bil-baħar sa Ġaffa,+ skond il-permess li kien tahom Ċiru,+ is-sultan tal-Persja.
8 Issa fit-tieni sena wara li ġew lejn id-dar taʼ l-Alla l-veru f’Ġerusalemm, fit-tieni xahar,+ Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u l-bqija taʼ ħuthom, il-qassisin u l-Leviti, u dawk kollha li kienu ħarġu mill-jasar+ u marru Ġerusalemm, bdew ix-xogħol; u ħatru lil-Leviti+ minn għoxrin sena ’l fuq bħala mgħallmin fuq ix-xogħol tad-dar taʼ Ġeħova.+ 9 Għalhekk, Ġeswa,+ uliedu u ħutu, u Kadmijel u wliedu, ulied Ġuda,* qamu bħala grupp wieħed taʼ mgħallmin fuq dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol fid-dar taʼ l-Alla l-veru, kif ukoll ulied Ħenadad,+ uliedhom u ħuthom il-Leviti.
10 Meta l-bennejja qiegħdu l-pedament+ tat-tempju taʼ Ġeħova, imbagħad il-qassisin lebsin ilbies+ uffiċjali u bit-trumbetti+ f’idejhom, flimkien mal-Leviti, ulied Asaf,+ biċ-ċimbali,+ qamu biex ifaħħru lil Ġeħova kif kien ikkmanda+ David, is-sultan taʼ Israel. 11 U bdew iwieġbu billi jfaħħru+ u jroddu ħajr lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu lejn Israel hi għal dejjem.”*+ U n-nies kollha għajtu għajta+ kbira taʼ tifħir lil Ġeħova għaliex tqiegħed il-pedament tad-dar taʼ Ġeħova. 12 U ħafna mill-qassisin+ u l-Leviti u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier,+ ix-xjuħ li kienu raw id-dar+ taʼ qabel, kienu qed jibku u jolfqu+ x’ħin raw b’għajnejhom it-tqegħid tal-pedament+ taʼ din id-dar, waqt li ħafna oħrajn bdew jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-ferħ.+ 13 B’hekk, in-nies ma setgħux jiddistingwu bejn il-ħoss taʼ l-għajat taʼ ferħ+ u l-ħoss tal-biki tan-nies, għax in-nies kienu qed jgħajtu għajat kbir u l-ħoss kien jinstemaʼ saħansitra mill-bogħod ħafna.