3 Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-dar taʼ l-Alla taʼ Israel—dan hu l-Alla l-veru.+
3 “Fl-ewwel sena li beda jsaltan, is-Sultan Ċiru+ ħareġ ordni dwar id-dar t’Alla f’Ġerusalemm: Ħa tinbena mill-ġdid id-dar bħala l-post fejn huma għandhom joffru s-sagrifiċċji,+ u l-pedamenti tagħha għandhom jiġu ssodati; l-għoli tagħha jkun sittin kubitu, u l-wisaʼ tagħha sittin kubitu,+