Neħemija
12 U dawn kienu l-qassisin u l-Leviti li telgħu maʼ Żerubbabel+ bin Saltijel+ u Ġeswa:+ Seraja, Ġeremija, Esdra, 2 Amarija,+ Malluk, Ħattus, 3 Sekanija, Reħum, Meremot, 4 Iddo, Ginnetoj, Abija, 5 Mijamin, Magħdija, Bilga, 6 Semajja,+ u Ġojarib, Ġedaja,+ 7 Sallu,* Għamok,+ Ħilkija, u Ġedaja.+ Dawn kienu l-kapijiet tal-qassisin u ħuthom fi żmien Ġeswa.+
8 U l-Leviti kienu Ġeswa,+ Binnuwi,+ Kadmijel,+ Serebija, Ġuda, u Mattanija,+ li flimkien maʼ ħutu, kien jieħu ħsieb ir-radd il-ħajr. 9 U ħuthom Bakbukija u Unni kienu faċċata tagħhom għad-dmirijiet taʼ l-għassa. 10 Ġeswa nissel lil Ġojakim,+ u Ġojakim nissel lil Eljasib,+ u Eljasib lil Ġojada.+ 11 U Ġojada nissel lil Ġonatan, u Ġonatan nissel lil Ġaddugħa.+
12 U fi żmien Ġojakim kien hemm qassisin, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier:+ għal Seraja,+ Meraja; għal Ġeremija, Ħananija; 13 għal Esdra,+ Mesullam; għal Amarija, Ġeħoħanan; 14 għal Meliki, Ġonatan; għal Sebanija,+ Ġużeppi; 15 għal Ħarim,+ Għadna; għal Merajot, Ħelkaj; 16 għal Iddo, Żakkarija; għal Ginneton, Mesullam; 17 għal Abija,+ Żikri; għal Minjamin, ——;* għal Mogħadija, Piltaj; 18 għal Bilga,+ Sammugħa; għal Semajja, Ġeħonatan; 19 u għal Ġojarib, Mattenaj; għal Ġedaja,+ Użżi; 20 għal Sallaj, Kallaj; għal Għamok, Għeber; 21 għal Ħilkija, Ħasabija; għal Ġedaja,+ Netanel.
22 Il-Leviti fi żmien Eljasib,+ Ġojada+ u Ġoħanan u Ġaddugħa+ kienu reġistrati bħala kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, u hekk ukoll il-qassisin, sas-saltna taʼ Darju l-Persjan.
23 Ulied Levi bħala kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier+ kienu reġistrati fi ktieb il-ġrajjiet taż-żminijiet, iva, sa żmien Ġoħanan bin Eljasib. 24 U l-kapijiet tal-Leviti kienu Ħasabija, Serebija+ u Ġeswa bin Kadmijel+ u ħuthom faċċata tagħhom biex joffru tifħir u jroddu ħajr skond il-kmand+ taʼ David il-bniedem taʼ l-Alla l-veru, iż-żewġ gruppi t’għassiesa maġenb xulxin. 25 Mattanija+ u Bakbukija, Għobadija, Mesullam, Talmon, u Għakkub+ kienu joqogħdu għassa bħala għassiesa tal-bibien,+ grupp t’għassiesa ħdejn l-imħażen tal-bibien. 26 Dawn kienu jgħixu fi żmien Ġojakim,+ bin Ġeswa,+ bin Ġosadak,+ u fi żmien Neħemija+ l-gvernatur u Esdra+ l-qassis, il-kopista.+
27 U fl-inawgurazzjoni+ tas-sur taʼ Ġerusalemm fittxew lil-Leviti, biex iġibuhom mill-postijiet kollha tagħhom lejn Ġerusalemm ħalli jagħmlu inawgurazzjoni u jifirħu bir-radd il-ħajr+ u bil-kant,+ b’ċimbali u strumenti tal-korda+ u arpi.+ 28 U wlied l-għannejja nġabru saħansitra mid-Distrett,+ minn madwar Ġerusalemm kollha u mill-irħula tan-Netofatin,+ 29 u minn Bet-gilgal+ u mill-kampanja taʼ Geba+ u Għażmawet,+ għax l-għannejja kienu bnew irħula+ għalihom madwar Ġerusalemm kollha. 30 U l-qassisin u l-Leviti tnaddfu+ u naddfu lill-poplu+ u l-bibien+ u s-sur.+
31 Imbagħad jien tellajt lill-prinċpijiet+ taʼ Ġuda fuq is-sur. U ħtart żewġ korijiet kbar għar-radd il-ħajr+ u żewġ gruppi biex jimxu warajhom, u wieħed kien jimxi fuq il-lemin fuq is-sur lejn Bieb l-Irmied.+ 32 U Ħosajja u nofs il-prinċpijiet taʼ Ġuda bdew mexjin warajhom, 33 kif ukoll Għażarija, Esdra u Mesullam, 34 Ġuda u Benjamin u Semajja u Ġeremija; 35 ukoll minn ulied il-qassisin bit-trumbetti+ kien hemm Żakkarija, bin Ġonatan, bin Semajja, bin Mattanija, bin Mikaja, bin Żakkur,+ bin Asaf,+ 36 u ħutu Semajja u Għażarel, Milalaj, Gilalaj, Magħaj, Netanel u Ġuda, Ħanani, bl-istrumenti+ taʼ David, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru, li jakkumpanjaw il-kant; u Esdra+ l-kopista quddiemhom. 37 U f’Bieb l-Għajn+ u dritt quddiemhom telgħu fuq it-Taraġ+ tal-Belt taʼ David+ permezz tat-telgħa tas-sur fuq id-Dar taʼ David u dritt sa Bieb l-Ilma+ lejn il-lvant.
38 U l-kor l-ieħor tar-radd il-ħajr+ kien miexi fuq quddiem, u jien warajh, u hekk ukoll nofs il-poplu, fuq is-sur minn fuq it-Torri taʼ l-Ifran+ u lejn is-Sur il-Wiesaʼ,+ 39 u minn fuq Bieb Efrajm+ u lejn Bieb il-Belt il-Qadima+ u lejn Bieb il-Ħut+ u t-Torri taʼ Ħananel+ u t-Torri tal-Mija+ u lejn Bieb in-Nagħaġ;+ u waqfu f’Bieb l-Għassa.
40 Fl-aħħar, iż-żewġ korijiet tar-radd il-ħajr+ waqfu fid-dar+ taʼ l-Alla l-veru, kif ukoll jien u nofs il-ħakkiema deputati miegħi,+ 41 u l-qassisin Eljakim, Magħseja, Minjamin, Mikaja, Eljogħenaj, Żakkarija, Ħananija, ilkoll bit-trumbetti,+ 42 u Magħseja u Semajja, u Elegħażar u Użżi u Ġeħoħanan u Malkija u Għelam u Għeżer. U l-għannejja, maʼ l-indokratur Iżraħija, baqgħu jsemmgħu leħinhom.+
43 U dakinhar offrew sagrifiċċji kbar+ u ferħu,+ għax l-Alla l-veru nnifsu ġegħelhom jifirħu b’ferħ kbir.+ Anki n-nisa+ u t-tfal+ ferħu, u b’hekk il-ferħ taʼ Ġerusalemm setaʼ jinstemaʼ mill-bogħod.+
44 Iktar minn hekk, dakinhar xi rġiel inħatru fuq is-swali+ għall-provvisti,+ għall-kontribuzzjonijiet,+ għall-ewwel frott+ u għall-għexur,+ biex jiġbru fihom mill-għelieqi tal-bliet il-porzjonijiet mitlubin bil-liġi+ għall-qassisin u l-Leviti;+ għax il-ferħ taʼ Ġuda kien minħabba l-qassisin u l-Leviti+ li kienu jaqdu. 45 U bdew jieħdu ħsieb l-obbligu+ lejn Alla tagħhom u l-obbligu tal-purifikazzjoni,+ kif ukoll l-għannejja+ u l-għassiesa tal-bibien,+ skond il-kmand taʼ David u ibnu Salamun. 46 Għax fi żmien David u Asaf, fi żmien l-imgħoddi, kien hemm kapijiet taʼ l-għannejja+ u kien isir kant taʼ tifħir u radd il-ħajr lil Alla.+ 47 U Israel kollu fi żmien Żerubbabel+ u fi żmien Neħemija+ kien jagħti l-porzjonijiet taʼ l-għannejja+ u taʼ l-għassiesa tal-bibien+ skond il-bżonn taʼ kuljum u kienu jwarrbu l-porzjonijiet imqaddsin għal-Leviti;+ u l-Leviti kienu jwarrbu l-porzjonijiet imqaddsin għal ulied Aron.