Neħemija
11 Issa l-prinċpijiet+ tal-poplu kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ imma għall-bqija tal-poplu tefgħu x-xorti+ biex wieħed minn kull għaxra jġibuh jgħammar f’Ġerusalemm il-belt qaddisa,+ u d-disgħa l-oħra jgħammru fil-bliet l-oħra. 2 Iżjed minn hekk, il-poplu bierek+ lill-irġiel kollha li offrew ruħhom b’mod volontarju+ biex jgħammru f’Ġerusalemm.
3 U dawn huma l-kapijiet tal-provinċja+ taʼ Ġuda li kienu jgħammru f’Ġerusalemm;+ imma fil-bliet taʼ Ġuda kienu jgħammru, kull wieħed fil-proprjetà tiegħu, fi bliethom,+ Israel,+ il-qassisin+ u l-Leviti,+ u n-Netinin+ u wlied il-qaddejja taʼ Salamun.+
4 Barra minn hekk, f’Ġerusalemm kienu jgħammru ftit minn ulied Ġuda u ftit minn ulied Benjamin.+ Minn ulied Ġuda kien hemm Għataja, bin Użżija, bin Żakkarija, bin Amarija, bin Sefatija, bin Maħalalel, minn ulied Pereż;+ 5 u Magħseja, bin Baruk, bin Kolħoże, bin Ħażaja, bin Għadaja, bin Ġojarib, bin Żakkarija, mill-familja tas-Selanin. 6 Ulied Pereż kollha li kienu jgħammru f’Ġerusalemm kienu erbaʼ mija u tmienja u sittin, irġiel kapaċi.
7 U dawn kienu wlied Benjamin:+ Sallu, bin Mesullam,+ bin Ġogħed, bin Pedaja, bin Kolaja, bin Magħseja, bin Itijel, bin Ġesagħija; 8 u warajh Gabbaj u Sallaj, disaʼ mija u tmienja u għoxrin; 9 u Ġoel bin Żikri, indokratur fuqhom, u Ġuda bin Ħassenugħa fuq il-belt bħala t-tieni wieħed.
10 Mill-qassisin: Ġedaja bin Ġojarib,+ Ġakin,+ 11 Seraja, bin Ħilkija, bin Mesullam,+ bin Sadok,+ bin Merajot, bin Aħitub,+ mexxej tad-dar taʼ l-Alla l-veru; 12 u ħuthom dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol tad-dar,+ tmien mija u tnejn u għoxrin; u Għadaja, bin Ġeroħam,+ bin Pelalija, bin Amsi, bin Żakkarija, bin Pasħur,+ bin Malkija,+ 13 u ħutu, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier,+ mitejn u tnejn u erbgħin, u Għamassaj, bin Għażarel, bin Aħżaj, bin Mesillemot, bin Immer, 14 u ħuthom, irġiel setgħanin taʼ ħila,+ mija u tmienja u għoxrin, u kien hemm indokratur+ fuqhom, Żabdijel mill-familja tal-kbarat.
15 U mil-Leviti:+ Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ bin Bunni, 16 u Sabbetaj+ u Ġożabad,+ mill-kapijiet tal-Leviti, li kienu fuq ix-xogħol taʼ barra tad-dar taʼ l-Alla l-veru; 17 u Mattanija,+ bin Mikea, bin Żabdi, bin Asaf,+ id-direttur tal-kant taʼ tifħir,+ u kien joffri t-tifħir f’ħin it-talb,+ u Bakbukija kien it-tieni fost ħutu, u Għabda, bin Sammugħa, bin Galal,+ bin Ġedutun.+ 18 Il-Leviti kollha fil-belt qaddisa+ kienu mitejn u erbgħa u tmenin.
19 U l-għassiesa tal-bibien+ kienu Għakkub, Talmon+ u ħuthom li kienu jgħassu l-bibien,+ mija u tnejn u sebgħin.
20 U l-bqija taʼ Israel, u l-bqija tal-qassisin u l-Leviti, kienu fil-bliet l-oħra kollha taʼ Ġuda, kull wieħed f’wirtu.+ 21 U n-Netinin+ kienu jgħammru f’Għofel;+ u Siħa u Gisfa kienu fuq in-Netinin.
22 U l-indokratur+ tal-Leviti f’Ġerusalemm, b’konnessjoni max-xogħol tad-dar taʼ l-Alla l-veru, kien Użżi, bin Bani, bin Ħasabija, bin Mattanija,+ bin Mika,+ minn ulied Asaf,+ l-għannejja.+ 23 Għax kien hemm kmand tas-sultan għan-nom tagħhom,+ u kien hemm provvediment fiss għall-għannejja skond il-bżonn taʼ kuljum.+ 24 U Petaħija bin Meseżabel minn ulied Żeraħ bin Ġuda kien maġenb is-sultan għal kull kwistjoni tal-poplu.
25 U dawn huma l-irħula+ bir-rabaʼ tagħhom: Xi wħud minn ulied Ġuda kienu jgħammru f’Kirjat-arba+ u l-bliet li jiddependu minnha u f’Dibon* u l-bliet li jiddependu minnha u f’Ġekabsel+ u l-irħula tagħha, 26 u f’Ġeswa u f’Molada+ u f’Bet-pelet+ 27 u f’Ħasar-sugħal+ u f’Bir-xeba+ u l-bliet li jiddependu minnha 28 u f’Siklag+ u f’Mekona u l-bliet li jiddependu minnha 29 u f’Għajn-rimmon+ u f’Sorgħa+ u f’Ġarmut,+ 30 Żanogħa,+ Għadullam+ u l-irħula tagħhom, Lakis+ u r-rabaʼ tagħha, Għażeka+ u l-bliet li jiddependu minnha. U kienu joqogħdu minn Bir-xeba sa wied Ħinnom.+
31 U wlied Benjamin kienu minn Geba,+ Mikmax+ u Għajja+ u Betel+ u l-bliet li jiddependu minnha, 32 Għanatot,+ Nob,+ Għananija, 33 Ħasor, Rama,+ Gittajm,+ 34 Ħadid, Sebogħim, Neballat, 35 Lod+ u Ono,+ u l-wied tan-nies tas-sengħa. 36 U mil-Leviti kien hemm taqsimiet minn Ġuda li marru f’Benjamin.