Neħemija
10 Issa dawn kienu li affermawh bis-siġill tagħhom:+
Neħemija+ t-Tirsata,*+ bin Ħakalija,+
U Sedekija, 2 Seraja,+ Għażarija, Ġeremija, 3 Pasħur, Amarija, Malkija, 4 Ħattus, Sebanija, Malluk, 5 Ħarim,+ Meremot, Għobadija, 6 Danjel,+ Ginneton, Baruk, 7 Mesullam, Abija, Mijamin, 8 Magħżija, Bilgaj, u Semajja; dawn kienu l-qassisin.
9 Ukoll il-Leviti: Ġeswa+ bin Ażanija, Binnuwi minn ulied Ħenadad,+ Kadmijel 10 u ħuthom Sebanija,+ Ħodija, Kelita, Pelaja, Ħanan, 11 Mika, Reħob, Ħasabija, 12 Żakkur, Serebija,+ Sebanija, 13 Ħodija, Bani, u Beninu.
14 Il-kapijiet tal-poplu: Pargħos, Paħat-mowab,+ Għelam, Żattu, Bani, 15 Bunni, Għażgad, Bebaj, 16 Adonija,* Bigwaj, Għadin, 17 Ater, Ħeżekija, Għażżur, 18 Ħodija, Ħasum, Bezaj, 19 Ħarif,* Għanatot, Nebaj, 20 Magfigħas, Mesullam, Ħeżir, 21 Meseżabel, Sadok, Ġaddugħa, 22 Pelatija, Ħanan, Għanaja, 23 Ħosegħa, Ħananija, Ħassub, 24 Ħalloħes, Pilħa, Sobek, 25 Reħum, Ħasabna, Magħseja, 26 u Aħija, Ħanan, Għanan, 27 Malluk, Ħarim, u Bagħnah.
28 U l-bqija tal-poplu, il-qassisin,+ il-Leviti,+ l-għassiesa tal-bibien,+ l-għannejja,+ in-Netinin+ u kulmin infired minn man-nies tal-pajjiżi+ biex iħares il-liġi+ taʼ l-Alla l-veru, in-nisa tagħhom, uliedhom subien u bniet, kulmin kien jaf u jifhem,+ 29 dawn kienu qed iżommu maʼ ħuthom,+ il-kbarat tagħhom,+ u ħalfu ħalfa,+ li l-piena tagħha kienet is-saħta,+ li se jimxu mal-liġi taʼ l-Alla l-veru li kienet ngħatat permezz taʼ id Mosè l-qaddej taʼ l-Alla l-veru,+ u li se jħarsu+ u jwettqu l-kmandamenti kollha taʼ Ġeħova l-Mulej tagħna+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji u r-regolamenti tiegħu;+ 30 u li ma nagħtux lil uliedna bniet lin-nies tal-pajjiż, u wliedhom bniet ma niħduhomx għal uliedna subien.+
31 U mingħand in-nies tal-pajjiż+ li kienu qed iġibu affarijiet għall-bejgħ u kull xorta taʼ ċereali f’jum is-Sabat biex ibigħuhom, m’għandna nieħdu xejn fis-Sabat+ jew f’jum qaddis,+ u fis-sebaʼ sena+ għandna nħallu l-art tistrieħ u naħfru kull dejn.+
32 Barra minn hekk, qed nagħmlu kmandamenti għalina biex kull wieħed minna jagħti terz taʼ xekel kull sena għas-servizz tad-dar t’Alla tagħna,+ 33 għall-ħobż preżentat f’saffi+ u għall-offerta tal-qmuħ offruta regolarment+ u għall-offerta tal-ħruq offruta regolarment f’kull Sabat,+ f’kull qamar ġdid,+ għall-festi stabbiliti+ u għall-affarijiet imqaddsin+ u għall-offerti għad-dnub+ biex issir tpattija għal Israel, u għax-xogħol kollu tad-dar t’Alla tagħna.+
34 Iktar minn hekk, tfajna x-xorti+ għall-provvista taʼ l-injam+ li għandhom iġibu l-qassisin, il-Leviti, u l-poplu lejn id-dar t’Alla tagħna, skond dar missirijietna, fiż-żminijiet stabbiliti, sena wara l-oħra, biex jinħaraq fuq l-artal taʼ Ġeħova Alla tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-liġi;+ 35 u ddeċidejna li nġibu l-ewwel frott misjur taʼ l-art tagħna+ u l-ewwel frott misjur tal-frott kollu minn kull xorta taʼ siġra,+ sena wara l-oħra, lejn id-dar taʼ Ġeħova; 36 u l-ewwel imwieled+ minn uliedna u mill-annimali domestiċi tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-liġi,+ u l-ewwel imwieled mill-baqar tagħna u min-nagħaġ tagħna,+ li nġibuhom lejn id-dar t’Alla tagħna, lill-qassisin li kienu qed jaqdu fid-dar t’Alla tagħna.+ 37 Barra minn hekk, l-ewwel frott tad-dqiq mhux irfinut tagħna+ u l-kontribuzzjonijiet tagħna+ u l-frott taʼ kull xorta taʼ siġra,+ l-inbid ġdid+ u ż-żejt+ għandna nġibuhom lill-qassisin fis-swali taʼ l-ikel+ tad-dar t’Alla tagħna, kif ukoll il-wieħed minn kull għaxra minn dak li joħroġ mill-ħamrija tagħna lil-Leviti,+ billi huma, il-Leviti, jirċievu wieħed minn kull għaxra fil-bliet agrikoli kollha tagħna.
38 U l-qassis, bin Aron, għandu jkun mal-Leviti meta l-Leviti jirċievu wieħed minn kull għaxra; u l-Leviti għandhom joffru wieħed minn kull għaxra tal-wieħed minn kull għaxra lid-dar t’Alla tagħna+ għas-swali taʼ l-ikel+ fil-bini fejn jinżammu l-provvisti. 39 Għax ulied Israel u wlied il-Leviti għandhom iġibu l-kontribuzzjoni+ tal-qmuħ, taʼ l-inbid ġdid+ u taż-żejt fis-swali taʼ l-ikel. Hemmhekk jinsabu l-għodod tas-santwarju u l-qassisin li jaqdu,+ u l-għassiesa tal-bibien+ u l-għannejja;+ u m’għandniex nittraskuraw id-dar t’Alla tagħna.+