Neħemija
9 U fl-erbgħa u għoxrin jum taʼ dan ix-xahar+ ulied Israel inġabru flimkien biex isumu,+ lebsin ilbies taʼ l-ixkora+ u bit-trab+ fuq rashom. 2 U dawk taʼ nisel Israel infirdu+ minn mal-barranin kollha,+ u qagħdu bil-wieqfa u stqarrew+ dnubiethom+ u l-iżbalji taʼ missirijiethom.+ 3 Imbagħad qagħdu weqfin+ fejn kienu u qraw b’leħen għoli mill-ktieb tal-liġi+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom għal kwart tal-ġurnata;+ u għal kwart minnha stqarrew+ u mielu quddiem Ġeħova Alla tagħhom.+
4 U Ġeswa u Bani, Kadmijel, Sebanija, Bunni, Serebija,+ Bani, u Kenani qamu fuq il-pjattaforma+ tal-Leviti u għajtu b’leħen għoli+ lil Ġeħova Alla tagħhom. 5 U l-Leviti Ġeswa u Kadmijel, Bani, Ħasabneja, Serebija, Ħodija, Sebanija, u Petaħija qalu: “Qumu, bierku+ lil Ġeħova Alla tagħkom minn dejjem għal dejjem.+ U ħa jbierku l-isem glorjuż tiegħek,+ li hu ogħla minn kull barka u tifħir.
6 “Int biss Ġeħova;+ int innifsek għamilt is-smewwiet,+ iva, is-sema tas-smewwiet, u l-armata kollha tagħhom,+ l-art+ u kulma hemm fuqha,+ l-ibħra+ u kulma fihom;+ u int qed iżżommhom kollha ħajjin; u l-armata+ tas-smewwiet qed tmil quddiemek. 7 Int Ġeħova l-Alla l-veru, li għażilt lil Abram+ u ħriġtu minn Ur tal-Kaldin+ u semmejtu Abraham.+ 8 U f’qalbu int sibt il-fedeltà lejk;+ u għalhekk intrabatt b’patt+ miegħu biex tagħtih l-art tal-Kangħanin, il-Ħittin, l-Amurrin u l-Pereżin u l-Ġebusin u l-Girgasin, biex tagħtiha lil nislu;+ u wettaqt kliemek, għaliex int ġust.+
9 “U int rajt+ is-sofferenza taʼ missirijietna fl-Eġittu, u smajt l-għajta tagħhom ħdejn il-Baħar l-Aħmar.+ 10 Imbagħad tajt sinjali u mirakli kontra l-Fargħun u l-qaddejja kollha tiegħu u n-nies kollha t’artu,+ għax int kont taf li huma aġixxew bil-prużunzjoni+ kontrihom; u għamilt isem+ għalik bħalma hu llum. 11 U l-baħar fraqtu+ quddiemhom, u b’hekk huma qasmu għan-naħa l-oħra minn nofs il-baħar fuq art niexfa;+ u lil dawk li ġrew warajhom xħetthom fil-fond+ bħal ġebla+ fl-ilmijiet qawwijin.+ 12 U bi nhar mexxejthom permezz taʼ kolonna tas-sħab,+ u bil-lejl permezz taʼ kolonna tan-nar,+ biex iddawlilhom+ it-triq minfejn kellhom jgħaddu. 13 U nżilt fuq il-Muntanja Sinaj+ u kellimthom mis-sema+ u tajthom deċiżjonijiet ġudizzjarji retti+ u liġijiet taʼ verità,+ regolamenti+ u kmandamenti tajbin.+ 14 U għarrafthom is-Sabat*+ qaddis tiegħek, u kkmandajthom kmandamenti u regolamenti u liġi permezz taʼ Mosè l-qaddej tiegħek.+ 15 U tajthom ħobż mis-sema biex ma jkunux bil-ġuħ,+ u ħriġtilhom ilmijiet mill-blat biex ma jkunux bil-għatx,+ u għedtilhom jidħlu+ u jieħdu f’idejhom l-art li int kont għollejt idek b’ħalfa li tagħtihielhom.+
16 “U huma, iva, missirijietna, aġixxew bil-prużunzjoni+ u webbsu rashom,*+ u ma semgħux mill-kmandamenti tiegħek. 17 Għalhekk, ma ridux jisimgħu,+ u ma ftakrux+ fl-atti taʼ l-għaġeb tiegħek li int wettaqt għalihom, imma webbsu rashom+ u ħatru kap+ biex imorru lura lejn il-jasar tagħhom fl-Eġittu. Imma int Alla t’atti taʼ maħfra,+ grazzjuż+ u mimli ħniena,+ bil-mod biex tirrabja+ u għani+ fil-qalb tajba bl-imħabba, u ma tlaqthomx.+ 18 Iva, meta għamlu għalihom statwa t’għoġol+ minn metall imdewweb u bdew jgħidu, ‘Dan hu Alla tiegħek li tellgħek mill-Eġittu,’+ u mbagħad wettqu atti kbar taʼ nuqqas taʼ rispett, 19 int, iva, int, fil-ħniena abbundanti tiegħek ma rħejthomx+ fix-xagħri. Il-kolonna tas-sħab ma telqitx minn fuqhom bi nhar biex tmexxihom fit-triq,+ lanqas il-kolonna tan-nar bil-lejl biex iddawlilhom it-triq minfejn kellhom jgħaddu.+ 20 U tajthom l-ispirtu tajjeb tiegħek+ biex tagħmilhom għaqlin, u l-manna tiegħek ma żammejthiex lura minn ħalqhom,+ u tajthom l-ilma biex ma jkunux bil-għatx.+ 21 U għal erbgħin+ sena pprovdejtilhom l-ikel fix-xagħri. Ma kien jonqoshom xejn.+ Lanqas ilbieshom ma qdiem,+ u saqajhom ma ntefħulhomx.+
22 “U tajthom saltniet+ u popli, u qassamthomlhom biċċa biċċa;+ u b’hekk ħadu f’idejhom l-art taʼ Siħon,+ iva, l-art tas-sultan taʼ Ħesbon,+ u l-art t’Għog+ is-sultan tal-Basan.+ 23 U lil uliedhom għamilthom ħafna daqs il-kwiekeb tas-smewwiet.+ Imbagħad daħħalthom fl-art+ li kont wegħedt lil missirijiethom+ sabiex jidħlu u jiħduha f’idejhom. 24 Għalhekk, uliedhom+ daħlu u ħadu f’idejhom l-art,+ u int rażżant+ quddiemhom lill-abitanti tal-pajjiż, il-Kangħanin,+ u tajthomlhom f’idejhom, saħansitra lis-slaten tagħhom+ u lin-nies tal-pajjiż,+ biex jagħmlu bihom li jridu.+ 25 U huma rebħu bliet fortifikati+ u ħamrija għammiela+ u ħadu f’idejhom djar mimlijin b’kull tip t’affarijiet tajbin,+ ġwiebi mħaffrin,+ għelieqi tad-dwieli u msaġar taż-żebbuġ+ u siġar għall-ikel bl-abbundanza, u bdew jieklu u jixbgħu+ u jeħxienu+ u jkunu fil-lussu bit-tjubija kbira tiegħek.+
26 “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+ 27 Għal dan, int tajthom f’id l-avversarji tagħhom,+ li baqgħu jnikktuhom;+ imma fi żmien in-niket tagħhom huma kienu jgħajtulek,+ u int kont tismaʼ mis-smewwiet;+ u fi qbil mal-ħniena abbundanti tiegħek+ kont tagħtihom salvaturi+ li kienu jsalvawhom minn id l-avversarji tagħhom.+
28 “Imma malli jkunu straħu, kienu jerġgħu jagħmlu dak li hu ħażin quddiemek,+ u int kont titlaqhom f’idejn l-għedewwa tagħhom, li kienu jgħaffġuhom taħt saqajhom.+ Imbagħad kienu jerġgħu lura u jgħajtulek għall-għajnuna,+ u int kont tismaʼ mis-smewwiet+ u teħlishom fi qbil mal-ħniena abbundanti tiegħek, darba wara l-oħra.+ 29 Għalkemm kont tixhed+ kontrihom biex treġġagħhom lura lejn il-liġi tiegħek,+ huma aġixxew bil-prużunzjoni+ u ma semgħux mill-kmandamenti tiegħek; u dinbu+ kontra d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+ li jekk bniedem iħarishom jgħix permezz tagħhom.+ U huma baqgħu jagħtuk daharhom,*+ u webbsu rashom,+ u ma semgħux.+ 30 Imma int issaportejthom għal bosta snin+ u bqajt tixhed+ kontrihom bl-ispirtu tiegħek permezz tal-profeti tiegħek, u huma ma tawx widen.+ Fl-aħħarnett, int tajthom f’idejn in-nies tal-pajjiżi.+ 31 U fil-ħniena abbundanti tiegħek ma qridthomx għalkollox+ u ma tlaqthomx;+ għax int Alla grazzjuż+ u mimli ħniena.+
32 “U issa, O Alla tagħna, l-Alla kbir,+ setgħan+ u li jqanqal il-biżaʼ,+ li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba,+ tħallix li t-tbatija kollha li ġiet fuqna,+ fuq is-slaten tagħna,+ il-prinċpijiet tagħna+ u l-qassisin tagħna+ u l-profeti tagħna+ u missirijietna+ u l-poplu kollu tiegħek minn żmien is-slaten taʼ l-Assirja sa llum,+ tidher żgħira quddiemek.+ 33 U int ġust+ f’dak kollu li ġie fuqna, għax aġixxejt fedelment,+ imma aħna konna li għamilna affarijiet mill-agħar.+ 34 Inkwantu għas-slaten tagħna, il-prinċpijiet tagħna, il-qassisin tagħna u missirijietna,+ huma ma wettqux il-liġi tiegħek,+ u ma qagħdux attenti għall-kmandamenti+ u t-testimonjanzi* tiegħek li permezz tagħhom xhedt+ kontrihom. 35 U huma—matul saltnathom+ u fost l-affarijiet tajbin u abbundanti+ li tajthom u fl-art wiesgħa u għammiela+ li għamilt disponibbli għalihom, ma qdewkx+ u ma darux lura mill-għemejjel ħżiena tagħhom.+ 36 Ara! Illum aħna lsiera;+ u l-art li int tajt lil missirijietna biex jieklu frottha u l-affarijiet tajbin tagħha, ara, aħna lsiera fiha,+ 37 u l-prodott tagħha huwa kotran+ għas-slaten+ li int qegħedtilna fuqna minħabba dnubietna,+ u qed jaħkmu fuq ġisimna u fuq l-annimali domestiċi tagħna, kif jogħġobhom, u aħna għandna niket kbir.+
38 “Għalhekk, wara dan kollu, aħna qed nintrabtu b’arranġament taʼ min jafdah,+ li hu kemm miktub kif ukoll affermat permezz tas-siġill+ tal-prinċpijiet tagħna, tal-Leviti tagħna u tal-qassisin tagħna.”+