18 U meta Ġeħova qajmilhom l-imħallfin,+ Ġeħova kien maʼ l-imħallef, u salvahom minn id l-għedewwa tagħhom il-jiem kollha taʼ l-imħallef; għax Ġeħova kien jiddispjaċih+ għat-tnehid tagħhom minħabba dawk li kienu qed jaħqruhom+ u dawk li kienu qed jitfgħuhom ’l hemm u ’l hawn.
9 U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna.+ Imbagħad Ġeħova qajjem salvatur+ għal ulied Israel biex ikun jistaʼ jsalvahom, lil Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb, iżgħar minnu.+
15 U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-għajnuna.+ Għalhekk, Ġeħova qajmilhom salvatur, lil Eħud+ bin Gera, Benjamini,+ raġel xellugi.+ Maż-żmien, ulied Israel bagħtu permezz tiegħu l-għotja li ried Għeglon is-sultan taʼ Mowab.
5 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Israel salvatur,+ u b’hekk huma ħelsu minn taħt idejn is-Sirja, u wlied Israel baqgħu jgħammru fi djarhom bħalma kienu jagħmlu qabel.+