21Il-kelma+ li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta s-Sultan Sedekija+ bagħatlu lil Pasħur+ bin Malkija u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-qassis, jgħidulu:
2 “Jekk jogħġbok staqsi lil Ġeħova għalina,+ għax Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, qed jiġġieled kontrina.+ Forsi Ġeħova jagħmel magħna wieħed mill-għemejjel meraviljużi tiegħu, u s-sultan jitlaq minn hawn.”+