Neħemija
6 Issa ġara li, malli ntqal lil Sanballat+ u Tobija+ u lil Gesem+ l-Għarbi+ u lill-bqija taʼ l-għedewwa tagħna li jien kont bnejt is-sur mill-ġdid+ u ma kinitx tħalliet tiċrita waħda fih (għalkemm sa dak iż-żmien kont għadni ma waħħaltx il-bibien+ fid-daħliet),+ 2 Sanballat u Gesem minnufih bagħtu jgħiduli: “Ejja, ħa niftiehmu u niltaqgħu+ flimkien fl-irħula tal-pjanura fil-wied t’Ono.”+ Imma huma kienu qed ifasslu li jagħmluli l-ħsara.+ 3 Għalhekk, bgħattilhom il-messaġġiera,+ u għedtilhom: “Qed nagħmel xogħol kbir,+ u ma nistax ninżel. Għax għandu jieqaf ix-xogħol waqt li jien inħallih biex ninżel għandkom?”+ 4 Madankollu, bagħtuli l-istess kelma erbaʼ darbiet, u jien bqajt inwiġibhom l-istess.
5 Fl-aħħar, Sanballat+ bagħat lill-qaddej tiegħu għandi bl-istess kelma l-ħames darba, b’ittra miftuħa f’idu. 6 Fiha kien hemm miktub: “Fost il-ġnus qed jingħad, u Gesem+ qed jgħidu dan, li int u l-Lhud qed tfasslu pjan biex tirribellaw.+ Huwa għalhekk li qed tibnu s-sur; u int se ssir sultan tagħhom,+ skond dan il-kliem. 7 U saħansitra ħtart profeti biex jgħajtu dwarek maʼ Ġerusalemm kollha, u jgħidu, ‘Hemm sultan f’Ġuda!’ U issa affarijiet bħal dawn se jingħadu lis-sultan. Għalhekk, issa ejja nikkonsultaw flimkien.”+
8 Madankollu, jien bgħatt ngħidlu: “Affarijiet bħal dawk li qed tgħid ma ġrawx,+ imma qed tivvintahom int skond qalbek.”+ 9 Għax ilkoll kemm huma kienu qed jipprovaw ibeżżgħuna, billi jgħidu: “Idejhom+ se jintelqu mix-xogħol, u b’hekk ma jsirx.” Imma issa, nitolbok, saħħaħli idejja.+
10 U jien dħalt fid-dar taʼ Semajja, bin Delaja, bin Meħetabel, waqt li hu kien magħluq hemmhekk.+ U hu qalli: “Ejja niftiehmu biex niltaqgħu+ fid-dar taʼ l-Alla l-veru, ġewwa t-tempju,+ u ħa nagħlqu l-bibien tat-tempju; għax ġejjin joqtluk, iva, bil-lejl+ ġejjin joqtluk.” 11 Imma jien għedt: “Għandu bniedem bħali jaħrab?+ U min hemm bħali li jistaʼ jidħol fit-tempju u jgħix?+ M’iniex se nidħol!” 12 Għalhekk, jien stħarriġt, u, ara, ma kienx Alla+ li bagħtu, imma kien tkellem+ din il-profezija kontrija għax kienu krewh+ Tobija u Sanballat+ stess. 13 Għal din ir-raġuni kien ġie mikri,+ sabiex nibda nibżaʼ+ u nagħmel hekk, u nidneb+ u r-reputazzjoni ħażina+ tiġi f’idejhom, sabiex ikunu jistgħu jżebilħuni.+
14 Ftakar,+ O Alla tiegħi, f’Tobija+ u Sanballat, għal dawn l-għemejjel tagħhom, kif ukoll f’Nogħadija l-profetessa+ u fil-bqija tal-profeti li l-ħin kollu qagħdu jipprovaw ibeżżgħuni.
15 Sa fl-aħħar, is-sur+ tlesta fil-ħamsa u għoxrin jum t’Elul, fi tnejn u ħamsin jum.
16 U ġara li, malli l-għedewwa kollha tagħna+ semgħu u l-ġnus kollha taʼ madwarna raw dan, huma minnufih tbaxxew ferm f’għajnejhom stess, u saru jafu li kien minn Alla tagħna+ li sar dan ix-xogħol. 17 U wkoll, f’dawk il-jiem in-nobbli+ taʼ Ġuda kienu qed jibagħtu ħafna ittri lil Tobija+ u kienu qed jaslulhom ħafna ittri mingħand Tobija. 18 Għax ħafna f’Ġuda kienu għamlulu ħalfa, billi kien ir-raġel taʼ bint Sekanija bin Araħ;+ u ibnu Ġeħoħanan kien ħa t-tifla taʼ Mesullam+ bin Berekija. 19 U wkoll, kienu l-ħin kollu jgħidu quddiemi affarijiet tajbin dwaru.+ U lilu kienu l-ħin kollu jwasslulu kliemi. U Tobija bagħatli ittri biex ibeżżagħni.+