Neħemija
7 U ġara li, malli s-sur kien inbena mill-ġdid,+ jien minnufih waħħalt il-bibien.+ Imbagħad inħatru l-għassiesa tal-bibien+ u l-għannejja+ u l-Leviti.+ 2 U biex imexxu f’Ġerusalemm jien inkarigajt lil ħija Ħanani+ u lil Ħananija l-prinċep tal-Kastell,+ għax tassew kien bniedem li tistaʼ tafdah+ u kien jibżaʼ+ mill-Alla l-veru iktar minn ħafna oħrajn. 3 Għalhekk, jien għedtilhom: “Il-bibien+ taʼ Ġerusalemm m’għandhomx jinfetħu qabel ix-xemx tkun taħraq; u waqt li l-għassiesa tal-bibien ikunu weqfin fil-qrib għandhom jagħlqu l-bibien u jsakkruhom bil-firrolli.+ U ħa jitqiegħdu għassiesa għall-abitanti taʼ Ġerusalemm, kull wieħed fil-post taʼ l-għassa tiegħu u kull wieħed quddiem daru.”+ 4 Issa l-belt kienet wiesgħa u kbira, u ftit kien hemm nies fiha,+ u ma kienx hemm djar mibnijin.
5 Imma Alla tiegħi qegħedli f’qalbi+ li niġbor flimkien lin-nobbli u lill-ħakkiema deputati u lin-nies biex jirreġistraw ruħhom fil-linja ġenealoġika.+ Imbagħad sibt il-ktieb tar-reġistrazzjoni+ tal-linja ġenealoġika taʼ dawk li telgħu l-ewwel darba, u sibt miktub fih:
6 Dawn huma wlied il-provinċja+ li telgħu mill-jasar tal-poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar,+ is-sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-eżilju+ u li iktar tard marru lura lejn Ġerusalemm u Ġuda, kull wieħed lejn beltu;+ 7 dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,+ Neħemija, Għażarija,* Ragħmija,* Naħamani, Mordekaj,+ Bilsan, Misferet,* Bigwaj, Neħum,* Bagħnah.
L-għadd taʼ l-irġiel tal-poplu taʼ Israel: 8 Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin; 9 ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin; 10 ulied Araħ,+ sitt mija u tnejn u ħamsin; 11 ulied Paħat-mowab,+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tmintax; 12 ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 13 ulied Żattu,+ tmien mija u ħamsa u erbgħin; 14 ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin; 15 ulied Binnuwi,+ sitt mija u tmienja u erbgħin; 16 ulied Bebaj,+ sitt mija u tmienja u għoxrin; 17 ulied Għażgad,+ elfejn, tliet mija u tnejn u għoxrin; 18 ulied Adonikam,+ sitt mija u sebgħa u sittin; 19 ulied Bigwaj,+ elfejn u sebgħa u sittin; 20 ulied Għadin,+ sitt mija u ħamsa u ħamsin; 21 ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin; 22 ulied Ħasum,+ tliet mija u tmienja u għoxrin; 23 ulied Bezaj,+ tliet mija u erbgħa u għoxrin; 24 ulied Ħarif,+ mija u tnax; 25 ulied Gibegħon,+ ħamsa u disgħin; 26 l-irġiel taʼ Betlehem+ u Netofa,+ mija u tmienja u tmenin; 27 l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin; 28 l-irġiel taʼ Bet-għażmawet,+ tnejn u erbgħin; 29 l-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim,+ Kefira,+ u Birot,+ sebaʼ mija u tlieta u erbgħin; 30 l-irġiel taʼ Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin; 31 l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin; 32 l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mija u tlieta u għoxrin; 33 l-irġiel taʼ Nebo+ l-oħra, tnejn u ħamsin; 34 ulied Għelam l-ieħor,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 35 ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin; 36 ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin; 37 ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u wieħed u għoxrin; 38 ulied Senagħa,+ tlett elef, disaʼ mija u tletin.
39 Il-qassisin: Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa, disaʼ mija u tlieta u sebgħin; 40 ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin; 41 ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin; 42 ulied Ħarim,+ elf u sbatax.
43 Il-Leviti: Ulied Ġeswa, minn dar Kadmijel,+ minn ulied Ħodewa,+ erbgħa u sebgħin. 44 L-għannejja,+ ulied Asaf,+ mija u tmienja u erbgħin. 45 L-għassiesa tal-bibien,+ ulied Sallum,+ ulied Ater, ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita, ulied Sobaj,+ mija u tmienja u tletin.
46 In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+ 47 ulied Keros, ulied Sigħa,* ulied Padon,+ 48 ulied Lebana, ulied Ħagaba,+ ulied Salmaj, 49 ulied Ħanan,+ ulied Giddel, ulied Gaħar, 50 ulied Regħaja,+ ulied Resin,+ ulied Nekoda, 51 ulied Gażżam, ulied Użża, ulied Pasegħa, 52 ulied Besaj,+ ulied Megħunim, ulied Nefusesim,*+ 53 ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+ 54 ulied Baslit,* ulied Meħida, ulied Ħarsa,+ 55 ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+ 56 ulied Nesija, ulied Ħatifa.+
57 Ulied il-qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Perida,*+ 58 ulied Ġagħla, ulied Darkon, ulied Giddel,+ 59 ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Amon.*+ 60 In-Netinin+ u wlied il-qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin.
61 U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer,+ u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-oriġini tagħhom, jekk kinux minn Israel: 62 ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u erbgħin. 63 U mill-qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-bniet taʼ Barżillaj,+ il-Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom. 64 Dawn kienu li fittxew ir-reġistru tagħhom, biex jistabbilixxu pubblikament il-ġenealoġija tagħhom, imma ma nstabx,+ u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+ 65 Għaldaqstant, it-Tirsata*+ qalilhom li m’għandhomx jieklu+ mill-affarijiet l-iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-Urim+ u t-Tummim.+
66 Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+ 67 minbarra l-ilsiera tagħhom+ irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ;+ u kellhom mitejn u ħamsa u erbgħin għannej, irġiel+ u nisa.+ 68 Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, u bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin.+ 69 Iġmla kellhom erbaʼ mija u ħamsa u tletin. Ħmir+ kellhom sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+
70 U kien hemm xi wħud mill-kapijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ li taw għotjiet għax-xogħol.+ It-Tirsata+ ta lit-teżor elf drakma* tad-deheb, ħamsin skutella, u ħames mija u tletin libsa twila tal-qassisin.+ 71 U kien hemm xi wħud mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier li għax-xogħol taw lit-teżor għoxrin elf drakma tad-deheb u elfejn u mitejn mina fidda.+ 72 U l-bqija tan-nies taw għoxrin elf drakma tad-deheb u elfejn mina fidda u sebgħa u sittin libsa twila tal-qassisin.
73 U l-qassisin+ u l-Leviti u l-għassiesa tal-bibien u l-għannejja+ u xi wħud mill-poplu u n-Netinin+ u Israel kollu marru joqogħdu fi bliethom.+ Għalhekk, meta wasal is-sebaʼ xahar,+ ulied Israel kienu fi bliethom.+