Ester
10 Is-Sultan Aħasweru inforza xogħol iebes+ fil-pajjiż u fil-gżejjer+ tal-baħar.
2 U x-xogħol enerġetiku tiegħu kollu u l-għemejjel setgħanin tiegħu u r-rakkont sħiħ u dettaljat tal-kobor taʼ Mordekaj+ li bih onorah+ is-sultan, m’humiex dawn miktubin fi Ktieb il-ġrajjiet+ taż-żminijiet tas-slaten tal-Medja u l-Persja?+ 3 Għax Mordekaj il-Lhudi kien it-tieni+ wara s-Sultan Aħasweru u kien kbir fost il-Lhud u approvat mill-kotra taʼ ħutu, jaħdem għall-ġid tal-poplu tiegħu u jgħid kliem taʼ paċi+ lil nisilhom kollu.