Ester
9 U fit-tnax-il xahar, jiġifieri, ix-xahar t’Adar,+ fit-tlettax-il jum tiegħu, meta l-kelma u l-liġi tas-sultan kienu waslu biex jitwettqu,+ fil-jum li l-għedewwa tal-Lhud kienu stennew sabiex jiddominawhom, ġara bil-kontra, jiġifieri, il-Lhud infushom iddominaw lil dawk li kienu jobogħduhom.+ 2 Il-Lhud inġabru+ fil-bliet tagħhom fil-provinċji kollha tas-Sultan Aħasweru+ biex imiddu idejhom fuq dawk li kienu qed jipprovaw jagħmlulhom il-ħsara,+ u ħadd ma kellu l-kuraġġ jiqfilhom, għax il-popli kollha beżgħu+ mil-Lhud. 3 U l-prinċpijiet+ kollha tal-provinċji u s-satrapi*+ u l-gvernaturi u dawk li jagħmlu x-xogħol+ tas-sultan kienu qed jgħinu lil-Lhud, għax beżgħu+ minn Mordekaj. 4 Għax Mordekaj kien kbir+ fid-dar tas-sultan u l-fama+ tiegħu kienet qed tixtered mal-provinċji kollha, għax Mordekaj kien qed ikompli jżid fil-kobor tiegħu.+
5 U l-Lhud ħabtu għall-għedewwa kollha tagħhom billi biċċruhom bis-sejf+ u qatluhom u qerduhom, u lil dawk li kienu jobogħduhom għamlulhom kif għoġobhom.+ 6 U fil-kastell taʼ Susan,+ il-Lhud qatlu u qerdu ħames mitt raġel. 7 Barra minn hekk, qatlu lil Parsandata, Dalfon, Asfata, 8 Porata, Adalja, Aridata, 9 Parmasta, Arisaj, Aridaj, u Vajżata, 10 l-għaxar ulied subien+ taʼ Ħaman+ bin Ħammedata, l-għadu tal-Lhud;+ imma ġidhom+ ma messewhx.
11 Dakinhar is-sultan sar jaf l-għadd taʼ dawk li nqatlu fil-kastell taʼ Susan.
12 U s-sultan qal lis-Sultana Ester:+ “Fil-kastell taʼ Susan,+ il-Lhud qatlu u qerdu ħames mitt raġel u lill-għaxar ulied taʼ Ħaman. X’għamlu fil-bqija tal-provinċji+ tas-sultan?+ U int x’qed titlob? U jingħatalek!+ Xi trid li jsir iktar?+ U jsir!” 13 Għalhekk, Ester qalet: “Jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ ħa jippermetti li għada l-Lhud li hawn f’Susan jerġgħu jagħmlu skond il-liġi taʼ llum;+ u ħa jdendlu maz-zokk+ lill-għaxar ulied taʼ Ħaman.” 14 Għaldaqstant, is-sultan qal biex isir hekk.+ Imbagħad ħarġet liġi f’Susan, u l-għaxar ulied taʼ Ħaman ġew imdendlin maz-zokk.
15 U l-Lhud li kienu f’Susan reġgħu nġabru fl-erbatax-il+ jum tax-xahar t’Adar, u f’Susan qatlu tliet mitt raġel; imma ġidhom ma messewhx.+
16 Il-bqija tal-Lhud li kienu fil-provinċji+ tas-sultan inġabru u ddefendew ruħhom+ u tħallsu+ mill-għedewwa tagħhom. Qatlu ħamsa u sebgħin elf minn dawk li kienu jobogħduhom; imma ġidhom ma messewhx. 17 Dan ġara fit-tlettax-il jum tax-xahar t’Adar; u straħu fl-erbatax-il jum tiegħu, u dakinhar għamluh jum taʼ ikla kbira+ u ferħ.+
18 U l-Lhud li kienu f’Susan inġabru fit-tlettax-il+ jum tax-xahar u fl-erbatax-il jum tiegħu, u straħu fil-ħmistax-il jum tiegħu, u dakinhar għamluh jum taʼ ikla kbira u ferħ.+ 19 Kien għalhekk li l-Lhud, li kienu joqogħdu fil-bliet rurali barra l-belt kapitali, kienu qed jagħmlu l-erbatax-il jum tax-xahar t’Adar+ wieħed taʼ ferħ,+ ikla kbira u jum hieni+ li fih jibagħtu lil xulxin porzjonijiet+ taʼ ikel.
20 U Mordekaj+ kiteb dawn l-affarijiet u bagħat dokumenti miktubin lil-Lhud kollha f’kull provinċja+ tas-Sultan Aħasweru, dawk viċin u dawk ’il bogħod, 21 biex jimponi fuqhom l-obbligu+ li jħarsu regolarment l-erbatax-il jum tax-xahar t’Adar u l-ħmistax-il jum tiegħu kull sena. 22 Dan kien skond il-jiem li fihom il-Lhud straħu mill-għedewwa+ tagħhom u x-xahar li għalihom inbidel minn swied taʼ qalb għal ferħ u minn niket+ għal jum hieni. Kellhom iħarsuhom bħala ġranet taʼ ikla kbira u ferħ, li fihom jibagħtu porzjonijiet taʼ ikel lil xulxin+ u rigali lill-foqra.+
23 U l-Lhud aċċettaw dak li kienu bdew jagħmlu u dak li kien kitbilhom Mordekaj. 24 Għax Ħaman+ bin Ħammedata,+ l-Agagi,+ l-għadu+ tal-Lhud kollha, kien fassal pjan kontra l-Lhud sabiex jeqridhom,+ u kien tefaʼ l-Pur,+ jiġifieri, ix-Xorti,+ biex jaqlgħalhom l-inkwiet u jeqridhom. 25 Imma meta Ester daħlet għand is-sultan, hu qal permezz taʼ dokument miktub:+ “Ħalli l-pjan+ li fassal kontra l-Lhud jiġi lura fuqu”;+ u hu u wliedu ġew imdendlin maz-zokk.+ 26 Kien għalhekk li sejħu dawn il-jiem Purim, mill-isem tal-Pur.+ U kien għalhekk li, skond il-kliem kollu taʼ din l-ittra+ u dak li kienu raw b’konnessjoni maʼ dan u dak li kien ġralhom, 27 il-Lhud aċċettaw u imponew obbligu fuqhom infushom u fuq uliedhom u fuq dawk kollha li ngħaqdu magħhom.+ Dan l-obbligu, li ma kellux jitneħħa, kien li jħarsu regolarment dawn il-jumejn skond dak li nkiteb dwarhom u skond iż-żmien stabbilit għalihom kull sena. 28 U dawn il-jiem kellhom jiġu mfakkrin u mħarsin minn kull ġenerazzjoni, kull familja, kull provinċja u kull belt, u dawn il-jiem tal-Purim ma kellhomx jitneħħew minn fost il-Lhud u t-tifkira+ tagħhom ma kellhiex tintemm minn fost nisilhom.
29 U s-Sultana Ester, bint Abiħajl,+ u Mordekaj il-Lhudi kitbu b’saħħa kbira biex jikkonfermaw din it-tieni ittra rigward il-Purim. 30 Imbagħad hu bagħat dokumenti miktubin lil-Lhud kollha fil-mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ ir-renju t’Aħasweru,+ bi kliem taʼ paċi u verità.+ 31 Fihom ġie konfermat iż-żmien stabbilit taʼ dawn il-jiem tal-Purim, is-sawm+ u l-għajta tagħhom għall-għajnuna,+ bħalma kienu imponew fuqhom Mordekaj il-Lhudi u s-Sultana Ester, u bħalma kienu imponew+ fuqhom infushom u fuq uliedhom.+ 32 U l-kliem t’Ester ikkonferma dawn l-affarijiet tal-Purim,+ u kien miktub fi ktieb.