Ester
6 Dak il-lejl is-sultan tarlu n-ngħas.+ Għalhekk, qalilhom biex iġibulu ktieb it-tifkiriet+ tal-ġrajjiet taż-żminijiet; u dawn inqraw quddiem is-sultan. 2 Fl-aħħar instab miktub dak li Mordekaj kien irrapporta+ dwar Bigtan u Teres, żewġ uffiċjali+ fil-palazz tas-sultan, għassiesa tal-bibien, li kienu pprovaw jagħmlu l-ħsara lis-Sultan Aħasweru. 3 Imbagħad is-sultan qal: “Liema unur ngħata u liema ħaġa kbira saritlu lil Mordekaj għal dan?” Il-qaddejja tas-sultan, il-ministri tiegħu, wieġbu u qalu: “Xejn ma sarlu.”+
4 Iktar tard is-sultan qal: “Min hemm fil-bitħa?” Issa Ħaman innifsu kien ġie fil-bitħa+ taʼ barra taʼ dar is-sultan biex jgħid lis-sultan idendel lil Mordekaj maz-zokk+ li kien lestielu. 5 Għaldaqstant il-qaddejja tas-sultan qalulu: “Hawn Ħaman+ wieqaf fil-bitħa.” Allura s-sultan qal: “Ħalluh jidħol.”
6 Meta Ħaman daħal, is-sultan qallu: “X’għandu jsir lir-raġel li s-sultan jogħġbu jonorah?”+ Għal dan Ħaman qal f’qalbu: “Is-sultan lil min jogħġbu jonora iktar minni?”+ 7 Għalhekk Ħaman qal lis-sultan: “Lir-raġel li s-sultan tgħaxxaq jonorah, 8 ħa jġibulu lbies irjali+ li jilbes is-sultan stess u żiemel li jirkeb+ is-sultan u li fuq rasu libbsulu l-għata rjali. 9 U ħa jingħataw l-ilbies u ż-żiemel f’idejn wieħed mill-prinċpijiet+ nobbli tas-sultan; u lir-raġel li s-sultan tgħaxxaq jonorah għandhom ilibbsuh, irikkbuh iż-żiemel fil-pjazza+ tal-belt,+ u jgħajtu quddiemu, ‘Hekk isir lir-raġel li s-sultan tgħaxxaq jonorah.’”+ 10 Minnufih is-sultan qal lil Ħaman: “Iġri, ħu l-ilbies u ż-żiemel bħalma għedt, u agħmel hekk lil Mordekaj il-Lhudi li qiegħed bil-qiegħda f’bieb is-sultan. Qis li ma jkun hemm xejn li ma jsirx minn kulma għedt.”+
11 U Ħaman ħa l-ilbies+ u ż-żiemel u libbes lil Mordekaj+ u rikkbu ż-żiemel fil-pjazza+ tal-belt u għajjat quddiemu:+ “Hekk isir lir-raġel li s-sultan tgħaxxaq jonorah.”+ 12 Wara dan, Mordekaj mar lura f’bieb is-sultan.+ Min-naħa tiegħu, Ħaman ħaffef lejn daru, imnikket u b’rasu mgħottija.+ 13 U Ħaman irrakkonta lil martu Żeres+ u lil ħbiebu kollha kulma kien ġralu. Meta semgħu dan, l-għorrief+ tiegħu u martu Żeres qalulu: “Jekk Mordekaj li bdejt taqaʼ f’rovina quddiemu huwa min-nisel Lhudi, m’int se tagħmel xejn kontrih, iżda int żgur taqaʼ f’rovina quddiemu.”+
14 Waqt li kienu għadhom qed jitkellmu miegħu, waslu l-uffiċjali tal-palazz tas-sultan u ħadu malajr+ lil Ħaman għall-ikla kbira+ li kienet għamlet Ester.