Melodija taʼ David.
143 O Ġeħova, ismaʼ talbi;+
Agħti widen għas-supplika tiegħi.+
Wiġibni skond il-fedeltà u s-sewwa tiegħek.+
2 U tressaqx għall-ġudizzju lill-qaddej tiegħek;+
Għax quddiemek l-ebda ħaj ma jistaʼ jkun ġust.+
3 Għax l-għadu ġera warajja;+
Għaffiġni maʼ l-art.+
Ġegħelni ngħammar f’postijiet mudlama qisni minn dawk li ilhom mejtin żmien twil.+
4 U l-ispirtu tiegħi+ nfena fija;
Ġo fija qalbi mtarrxa.+
5 Jien ftakart fil-jiem taʼ żmien twil ilu;+
Immeditajt fuq l-attività kollha tiegħek;+
Minn qalbi bqajt nikkunsidra xogħol idejk.+
6 Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;+
Ruħi għatxana għalik bħal art niexfa qoxqox.+ Sela.
7 Fittex wiġibni, O Ġeħova.+
L-ispirtu tiegħi spiċċa.+
Taħbix wiċċek minni,+
Għax inkella nsir qisni minn dawk li neżlin fil-ħofra.+
8 Fil-għodu agħmel li nismaʼ l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+
Għax fik poġġejt il-fiduċja tiegħi.+
Għarrafni t-triq li għandi nimxi fiha,+
Għax lilek tlabt u offrejt ruħi.+
9 Eħlisni mill-għedewwa tiegħi, O Ġeħova.+
Jien fittixt il-kenn fik.+
10 Għallimni nagħmel ir-rieda tiegħek,+
Għax int Alla tiegħi.+
L-ispirtu tiegħek tajjeb;+
Ħa jmexxini fl-art tar-retti.+
11 Minħabba ismek,+ O Ġeħova, żommni ħaj.+
Bis-sewwa tiegħek+ eħlisli ruħi min-niket.+
12 U fil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek sikket lill-għedewwa tiegħi;+
U eqred lil kulmin qed jiħodha kontrija,+
Għax jien il-qaddej tiegħek.+