Lid-direttur. Melodija taʼ David.
20 Jalla Ġeħova jwieġbek f’jum in-niket.+
Ħa jipproteġik+ isem l-Alla taʼ Ġakobb.
2 Jalla jibgħatlek l-għajnuna mill-post qaddis,+
U jwieżnek minn Sijon.+
3 Jalla jiftakar kull offerta li għamilt bħala għotja,+
U jalla jaċċetta x-xaħam taʼ l-offerta tiegħek tal-ħruq.+ Sela.
4 Ħa jagħtik skond ma tixtieq qalbek,+
U jwettaq kull pjan li tagħmel.+
5 Aħna se ngħajtu bil-ferħ minħabba s-salvazzjoni tiegħek,+
U f’isem Alla tagħna ngħollu l-bnadar tagħna.+
Jalla Ġeħova jwettaqlek dak kollu li titolbu.+
6 Issa tassew naf li Ġeħova jsalva lill-midluk tiegħu.+
Iwieġbu mis-smewwiet qaddisin tiegħu+
Bl-atti setgħanin taʼ salvazzjoni tal-leminija tiegħu.+
7 Xi wħud isemmu l-karrijiet u oħrajn iż-żwiemel,+
Imma aħna se nsemmu isem Ġeħova Alla tagħna.+
8 Dawk iġġarrfu u waqgħu;+
Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.+
9 O Ġeħova, salva lis-sultan!+
Hu se jwiġibna dakinhar li nsejħulu.+