Lid-direttur. Melodija taʼ David.
21 O Ġeħova, is-sultan jithenna bis-saħħa tiegħek;+
U kemm jixtieq jibqaʼ ferħan ferm bis-salvazzjoni tiegħek!+
2 Ix-xewqa taʼ qalbu int qtajthielu,+
U x-xewqa taʼ xofftejh ma żammejthiex lura minnu.+ Sela.
3 Għax int beriktu u ppreżentajtlu affarijiet tajbin,+
U poġġejt fuq rasu kuruna tad-deheb irfinut.+
4 Ħajja talab mingħandek. U int tajthielu;+
Għomor twil għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+
5 Il-glorja tiegħu kbira minħabba s-salvazzjoni tiegħek.+
Dinjità u ġmiel tqiegħed fuqu.+
6 Għax int tbierku bil-bosta għal dejjem;+
Int tferrħu bil-ferħ li jagħti wiċċek.+
7 Għax is-sultan qed jafda f’Ġeħova,+
Fil-qalb tajba bl-imħabba taʼ l-Iktar Għoli. Mhux se jitħarrek.+
8 Idek se ssib lill-għedewwa kollha tiegħek;+
Idek il-leminija se ssib lil dawk li jobogħduk.
9 Int se tagħmilhom bħal forn tan-nar meta jasal iż-żmien stabbilit li titfaʼ l-attenzjoni tiegħek fuqhom.+
Fir-rabja tiegħu Ġeħova se jiblagħhom, u n-nar se jeqridhom.+
10 Lil frotthom se teqirdu mill-art,+
U lin-nisel tagħhom minn fost ulied il-bnedmin.+
11 Għax huma mmiraw li jagħmlulek id-deni;+
Kellhom f’moħħhom ideat li m’għandhomx il-ħila jwettqu.+
12 Għax int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbu+
Permezz tal-kordi tal-qaws tiegħek li tlesti għal wiċċhom.+
13 O kun eżaltat bis-saħħa tiegħek, O Ġeħova.+
Aħna se nkantaw u ngħannu lis-setgħa tiegħek.+