Salmi
Lid-direttur. Taʼ David, melodija.
40 Jien ittamajt f’Ġeħova bis-serjetà,+
U għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.+
2 Ħariġni wkoll minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,+
Mit-tajn fond tal-qiegħ.+
Imbagħad tellagħli saqajja fuq blata;+
Waqqaf il-passi tiegħi fis-sod.+
3 Iktar minn hekk, qegħedli għanja ġdida fuq fommi,
Tifħir lil Alla tagħna.+
Ħafna se jaraw dan u jibżgħu,+
U jafdaw f’Ġeħova.+
4 Hieni r-raġel b’saħħtu li għamel lil Ġeħova l-fiduċja tiegħu+
U li ma tax wiċċ lil nies li jisfidaw,
U lanqas lil dawk li jaqgħu għall-gideb.+
5 Int għamilt ħafna affarijiet,+
Iva, għemejjel taʼ l-għaġeb, O Ġeħova Alla tiegħi, u ħsibijietek huma dwarna;+
Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.+
Kieku kelli ngħid u nitkellem dwarhom,
Kienu jkunu ferm iżjed milli nistaʼ nsemmi.+
6 Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom;+
Int ftaħtli widnejja.+
Offerta tal-ħruq u offerta għad-dnub int ma tlabtx.+
8 Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla tiegħi,+
U l-liġi tiegħek qiegħda fil-ġewwieni tiegħi.+
9 Jien għedt l-aħbar tajba tas-sewwa fil-kongregazzjoni l-kbira.+
Ara! Xofftejja ma rrażżanhomx.+
O Ġeħova, int tafu tajjeb dan.+
10 Is-sewwa tiegħek jien ma ħbejtux ġo qalbi.+
Il-fedeltà tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek xandarthom.+
Ma ħbejtx il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek u l-verità tiegħek quddiem il-kongregazzjoni l-kbira.”+
11 Int, O Ġeħova, toqgħodx lura milli titħassarni.+
Ħa jħarsuni l-ħin kollu l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek u l-verità tiegħek.+
12 Għax il-gwajijiet dawruni sakemm ma kinux jingħaddu iktar.+
Ħakmuni iktar żbalji milli stajt ninduna bihom;+
Kotru iktar mix-xagħar taʼ rasi,+
U qtajt qalbi.+
14 Jalla jistħu u jħossuhom avviliti dawk kollha+
Li qed jipprovaw jeqirduli ħajti.+
Ħa jduru lura u jiġu umiljati dawk li qed jitgħaxxqu bil-gwaj tiegħi.+