Salmi
Lid-direttur. Maskil.* Taʼ David. Meta Duweg l-Edomi ġie u kellem lil Sawl u qallu li David kien mar id-dar t’Aħimelek.+
52 Għala tiftaħar b’dak li hu ħażin, O setgħan?+
Il-qalb tajba bl-imħabba t’Alla tintwera l-jum kollu.+
5 Imma Alla se jġarrfek għal dejjem;+
Se jitfgħek maʼ l-art u jaħtfek mit-tinda tiegħek,+
U jaqilgħek mill-art tal-ħajjin.+ Sela.
7 Raġel b’saħħtu bħal dan ma jagħmilx lil Alla l-fortizza tiegħu,+
Imma jafda fl-abbundanza tar-rikkezzi tiegħu,+
U jistkenn fl-għawġ li jikkaġuna hu stess.+